Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Is-Sibt, 17 ta’ Jannar 2009

MILENA: ANĠLU TAL-MULEJ

Il-Mulej Ġesu' ried għalih anġlu ieħor, ried lil xi ħadd speċjali, u l-ħarsa tiegħu waqet fuq Milena. Iva, issa bla ma' nkunu niżbaljaw, nistgħu ngħidu li Milena hija ANĠLU TAL-MULEJ. Għandha post speċjali ħdejh. Nistgħu, bla dubbju ta' xejn ngħidu li issa għandna ħabiba tagħna, waħda mit-tfal tal-Munxar li hija qrib Ġesu', anġlu speċjali tiegħu. Nafu li meta nitlobu lil Alla, fost il-qaddisin tas-sema li hemm jidħlu għalina, flimkien ma' l-Appostlu Missierna San Pawl, issa hemm ukoll Milena.
Grazzi, Milena taż-żmien qasir, imma sabiħ li int għamilt magħna. Grazzi ta dik it-tbissima li dejjem kellek fuq fommok u żgur li issa dik it-tbissima hija sabiħa aktar minn qatt qabel, għax qed tibissem lil Mulej Ġesu'. Grazzi ta' dik il-ħarsa sabiħa tiegħek, ħarsa li ssa hija fil-qofol tas-sbuħija tagħha għax qed tara lil Ġesu' li int tant tħobb.
Mulej Ġesu', aħna, għalkemm xi ftit kontra qalbna, noffrulek ir-Ruħ safja u innoċenti ta' Milena, biex tagħti glorja lilek flimkien mal-qaddisin tiegħek. Noffrulek lil dan l-Anġlu biex issa jkun hemm aktar min jiftakar fina, fit-tfal tagħna, fil-ġenituri u fl-anzjani tagħna.
Milena, kun l-anġlu tar-Raħal tagħna!!!

6 comments:

José Agius said...

Ma nafhiex lil Milena. Izda xorta wahda ninghaqad mal-familja taghha u mat-tfal tal-Munxar fin-niket taghhom ghat-telfa tat-tifla u nrodd hajr lil Alla talli qieghed anglu iehor fil-genna. Id-deskrizjoni fuq il-blog ikkommovietni ghax niftakar f`tant angli ohra li jitilqu minn hdejja permezz tal-vjolenza.

Unknown said...

milena anglu tas sema kemm kienu munenti sbieh meta konna niehdu hsibek meta kontu toqghodu il mellieha dejjem bit tbissima fuq fommok ma ninsewk qatt milena jew mimi kif konna insejhulek ahna hu hsieb il mama lill hutek, nannu u zijiet kienet sajjetta fil bnazzi il bambin qata warda mill gnien qata lisbah warda li kien hemm inselmulek milena dejjem f,qalbna sylvia,karmenu,salome,marija,sarah aqulina mellieha

nat said...

nixtieq niehu l-opportunita biex nirringrazzja minn qalbi lill kappillan ta din il parrocca, lis -sacerdoti l-ohra li kienu presenti fil quddiesa. kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod urew is soghba taghhom ghat- telfa tal ghazieza binti milena. perswaz li qeghda titlob ghalina mill genna hdejn in-nanna pina hu in-nanna victoria.
inhobbok dejjem
daddy.

nat said...

ghazieza milena,
naf li illum tinsab il-genna hdejn in nanna pina hu in nanna victoria
il bambin sejjahlek hdejh u tal genna tak il gloria
hemm minn hdejh qed titlob ghalina, helwa int bhal bambina
dan hu dak li xtaq il bambin li gabrek hdejh mal angli helwin.
ghazieza binti,
dejjem habbejtek, qatt mansejtek
qad nerga narak u nanqhek mighej
ghax int kont hu tibqa ghal dejjem
milena tiegheh.
sellili ghan nanna victoria hu ghan nanna pina
u flimkien maghhom itlob ghalina.
inhobbok dejjem
daddy.

Anonymous said...

Jiena ma kelliex il grazja li inkun naf il din L'anglu sabiha Milena.Imma biss naf lil Missira Nat u naf min xiex ghadda dawn l'ahhar granet. S-sabiha Milena gejja minn familja tajba hafna li jafu ihobbu u ftit hawn bhalhom u jiena cert li Milena il genna qiedha zgur. Kbir Alla jekk jogbok ghejna nifmu ghalfejn ridt il Milena hdejk daqshekk malajr.

Viv said...

I believe in angels -
that they're always
hovering near,
whispering encouragement
whenever clouds appear,
protecting us from danger
and showing us the way,
performing little miracles
within our lives each day...

Yes, I believe in angels
and I'm sure that you do too
And I'm convinced that you're an angel
watching over us