Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2009

Fil-Jum li fih Milena ttajret lejn is-Sema


Bieb il-Ġenna nfetaħ beraħ
Sabiex jilqa’ lil Milena --
Fil-ftit snin li għamlet magħna
Tad-dar żgur kienet il-hena!

Il-Mulej iżda ddeċieda
Illi dlonk jinżel fil-ġnien
U minn hemm iqaċċat warda
Fost is-sbieħ u bla dewmien.

Ħut Milena, Wayne w Andrea
U magħhom it-tliet zijiet
Qegħdin jibku din it-telfa
Fost tant hemm u tbatijiet.

Min se jasal biex isabbar
Lill-qalb muġugħa tal-omm!
MaryRose, Alla hu miegħek,
U f’keffet idejh iżomm!

Qaddisin, anġli tas-Sema,
Ilqgħu diċ-ċkejkuna tagħna,
Daħħluha fil-ferħ tal-Ġenna
La darb’issa m’għadhiex magħna.

W'int, ta’ Tarsu: din hi bintek,
U għalhekk la tafdahiex;
Żommha ħdejk, għannaqha miegħek,
U mument la titlaqhiex!

Minn hemm fuq Milena tagħna
Itfa’ fuqna l-ħarsa tiegħek
Sakemm tasal il-ġurnata
Illi għad tgħaqqadna miegħek.

Kav Joe M Attard
Rabat – Għawdex
16-01-2009

No comments: