Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tlieta, 20 ta’ Jannar 2009

Għażiża Milena...

Għażiża Milena,
issa li qegħda daqshekk qrib ta' Ġesu'
u ta' Pawlu ta' Tarsu li int tant tħobb, itlob għalina!!
Ftakar fil-ġenituri tiegħek,
biex il-Mulej jagħtihom is-saħħa
quddiem l-isfidi li l-ħajja toffrilhom;

ftakar f'ħutek, biex ikomplu jikbru
fl-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu;

ftakar fiz-zijiet u
dawk kollha li kienu għeżież għalik;

ftakar fit-tfal sħabek,
imma ftakar b'mod partikulari,
fit-tfal li qed ibagħtu xi nġusitzzja...

għandek ix-xogħol għażiża Milena,
biex tiftakar f'dawn kollha u fina lkoll quddiem il-Mulej Ġesu!!

Grazzi, Milena, taż-żmien li għamilt magħna!!!

Ħabibek il-Kappillan
d. Tonio

Rittratti: John Cordina, Victoria

No comments: