
Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Il-Ġimgħa, 30 ta’ Jannar 2009
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Jannar 2009
"Konverżjoni": Laqgħa ma' Kristu Rxuxtat
Siltiet mill-Udjenza Generali tal-Papa Benedittu XVI nhar it-3 ta’ Settembru 2008.
Il-Konverżjoni ta’ San Pawl
Il-Konverżjoni ta’ San Pawl
Informazzjoni miġbura minn Monica Sultana

L-iktar li aħna familjari miegħu huwa r-rakkont ta’ San Luqa li jirrakonta l-ġrajja minn ta’ l-inqas tliet darbiet fl-Atti ta’ l-Appostli. Qarrej kwalunkwe li jaqra r-rakkont ta’ San Luqa kapaċi jagħti importanza lil ħafna dettalji bħal jaqa’ fl-art jew ra dawl kbir li jsemmilna l-Evanġelista. Imma l-Papa jgħidilna li dawn id-dettalji jwasslu għall-qofol tal-grajja: Kristu Rxoxt. Kristu Rxoxt jkellem lil Sawl u jbiddillu ħajtu u l-mod kif jaħseb. Id-dawl li bih kien mdawwal Kristu jwassal biex Sawl jitlef id-dawl t’għajnejh u dan jirrifletti l-fatt li San Pawl kien għama ghall-verita’ u għad-dawl li hu Kristu. L-iva definittiva għal Kristu fil-Magħmudija tagħtih lura d-dawl f’għajnejh lil San Pawl u issa jibda jara tassew.
Fiż-żminijiet l-imgħoddija, il-kelma “Magħmudija” kienet tfisser “Illuminazzjoni” għaliex fis-Sagrament tal-Magħmudija wieħed jingħata d-dawl biex jara. Fil-Konverżjoni ta’ San Pawl naraw li dan il-fatt iseħħ fiżikament mhux biss teoloġikament. Il-Papa jtenni li l-ħajja ta’ San Pawl tinbidel drastikament permezz tal-laqgħa tiegħu ma’ Kristu Rxoxt. Hija dik il-laqgħa bejn San Pawl u Kristu Rxoxt li tilħaq il-qofol tal-ġrajja tal-Konverżjoni ta’ Pawlu.



Il-Ħamis, 22 ta’ Jannar 2009
It-Tlieta, 20 ta’ Jannar 2009
Għażiża Milena...

issa li qegħda daqshekk qrib ta' Ġesu'
u ta' Pawlu ta' Tarsu li int tant tħobb, itlob għalina!!
Ftakar fil-ġenituri tiegħek,
biex il-Mulej jagħtihom is-saħħa
quddiem l-isfidi li l-ħajja toffrilhom;
ftakar f'ħutek, biex ikomplu jikbru
fl-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu;
ftakar fiz-zijiet u
dawk kollha li kienu għeżież għalik;
ftakar fit-tfal sħabek,
imma ftakar b'mod partikulari,
fit-tfal li qed ibagħtu xi nġusitzzja...
għandek ix-xogħol għażiża Milena,
biex tiftakar f'dawn kollha u fina lkoll quddiem il-Mulej Ġesu!!
Grazzi, Milena, taż-żmien li għamilt magħna!!!
Ħabibek il-Kappillan
d. Tonio 

Rittratti: John Cordina, Victoria
Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2009
Fil-Jum li fih Milena ttajret lejn is-Sema

Bieb il-Ġenna nfetaħ beraħ
Sabiex jilqa’ lil Milena --
Fil-ftit snin li għamlet magħna
Tad-dar żgur kienet il-hena!
Il-Mulej iżda ddeċieda
Illi dlonk jinżel fil-ġnien
U minn hemm iqaċċat warda
Fost is-sbieħ u bla dewmien.
Ħut Milena, Wayne w Andrea
U magħhom it-tliet zijiet
Qegħdin jibku din it-telfa
Fost tant hemm u tbatijiet.
Min se jasal biex isabbar
Lill-qalb muġugħa tal-omm!
MaryRose, Alla hu miegħek,
U f’keffet idejh iżomm!
Qaddisin, anġli tas-Sema,
Ilqgħu diċ-ċkejkuna tagħna,
Daħħluha fil-ferħ tal-Ġenna
La darb’issa m’għadhiex magħna.
W'int, ta’ Tarsu: din hi bintek,
U għalhekk la tafdahiex;
Żommha ħdejk, għannaqha miegħek,
U mument la titlaqhiex!
Minn hemm fuq Milena tagħna
Itfa’ fuqna l-ħarsa tiegħek
Sakemm tasal il-ġurnata
Illi għad tgħaqqadna miegħek.
Kav Joe M Attard
Rabat – Għawdex
16-01-2009
Sabiex jilqa’ lil Milena --
Fil-ftit snin li għamlet magħna
Tad-dar żgur kienet il-hena!
Il-Mulej iżda ddeċieda
Illi dlonk jinżel fil-ġnien
U minn hemm iqaċċat warda
Fost is-sbieħ u bla dewmien.
Ħut Milena, Wayne w Andrea
U magħhom it-tliet zijiet
Qegħdin jibku din it-telfa
Fost tant hemm u tbatijiet.
Min se jasal biex isabbar
Lill-qalb muġugħa tal-omm!
MaryRose, Alla hu miegħek,
U f’keffet idejh iżomm!
Qaddisin, anġli tas-Sema,
Ilqgħu diċ-ċkejkuna tagħna,
Daħħluha fil-ferħ tal-Ġenna
La darb’issa m’għadhiex magħna.
W'int, ta’ Tarsu: din hi bintek,
U għalhekk la tafdahiex;
Żommha ħdejk, għannaqha miegħek,
U mument la titlaqhiex!
Minn hemm fuq Milena tagħna
Itfa’ fuqna l-ħarsa tiegħek
Sakemm tasal il-ġurnata
Illi għad tgħaqqadna miegħek.
Kav Joe M Attard
Rabat – Għawdex
16-01-2009
Is-Sibt, 17 ta’ Jannar 2009
MILENA: ANĠLU TAL-MULEJ












Mulej Ġesu', aħna, għalkemm xi ftit kontra qalbna, noffrulek ir-Ruħ safja u innoċenti ta' Milena, biex tagħti glorja lilek flimkien mal-qaddisin tiegħek. Noffrulek lil dan l-Anġlu biex issa jkun hemm aktar min jiftakar fina, fit-tfal tagħna, fil-ġenituri u fl-anzjani tagħna.
Milena, kun l-anġlu tar-Raħal tagħna!!!
Il-Ħamis, 15 ta’ Jannar 2009
Il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2009
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Jannar 2009
Subscribe to:
Posts (Atom)