Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


L-Erbgħa, 21 ta’ Novembru 2007

Tifkira tal-Magħmudija







Nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Novembru l-laqgħa ta' l-adoloxxenti kienet ftit differenti minn tas-soltu. Flimkien ma' l-adoloxxenti kien hemm ukoll il-ġenituri. Il-laqgħa kienet mument ta' talb u kienet il-konklużjoni ta' l-ewwel tema tal-laqgħat tagħna. It-tema prinċipali kienet il-Magħmudija ta' Ġesu'.




Għalhekk nhar il-ġimgħa, biex nikkonkludu din it-tema ħsiebna li nġeddu t-tifkira tal-Magħmudija tagħna b'mument ta' talb u b'ġesti li jfakkruna u jispjeaw il-mumenti kollha li jseħħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. Kien mument fejn il-ġenituri reġgħu ftakkru fid-dmir tagħhom bħala l-ewwel katekisti ta' uliedhom. Minn naħa l-oħra l-adoloxxenti kienu mfakkra li issa r-responsabilita' tal-fidi tagħhom qed issir dejjem aktar xi ħaġa tagħhom.





Ir-rittratti kollha taċ-ċelebrazzjoni fuq:http://picasaweb.google.com/munxarparish/TifkiraTalMaghmudija

1 comment:

Anonymous said...

Kienet tassew celebrazzjoni sabieha, li biha stajtna nifmhu ahjar is-sinifikat tal-maghmudija. Nghid prosit lill-adoloxxenti li attendew kwazi kollha kif wkoll lill-genituri, li mill-kummenti li smajt apprezzaw din ic-celebrazzjoni.