
Kif forsi diġa tafu, issa tistgħu isgewu programm tar-radju ddedikat kollhu kemm hu lir-raħal u l-parroċċa tagħna. Dan il-programm qiegħed isir fuq ir-radju "Leħen il-Belt Victoria". Huwa programm ta' nofs siegħa mmexxi mis-sur Alfred Grech, li fih jagħti xi tagħrif storiku dwar il-Munxar, ikollhu mistieden partikulari u jagħti xi avviżi li għandhom x'jaqsmu mar-raħal u l-parroċċa tagħna. Dan il-programm ikun kull nhar ta' Erbgħa bejn il-4.45pm u 5.15pm. Tistgħu tisimgħu dan il-programm fuq il-frekwenza ta' 104 FM jew, b'mod partikulari għal dawk li jinsabu l-bogħod, permezz ta' l-internet fuq dan il-link http://www.lbv104.com/
Nixtieq nieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lid-direzzjoni tar-radju "Leħen il-Belt Vicotria" ta' din l-opportunita li qed jagħtuna. Nirringrazzja wkoll lis-sur Alfred Grech li qed jieħu ħsieb isib l-informazzjoni u jsib il-mistiedna għal dan il-programm. Għalhekk inħeġġiġkom biex dan il-programm ikun appuntament għalikom li ma titilfux u nħeġġeġ b'mod partikulari lil dawk li għandhom qrabathom emigranti biex jinfurmawhom, sew b'din is-site, kif ukoll b'dan il-programm "Leħen mill-Munxar". Grazzi.

No comments:
Post a Comment