Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tnejn, 29 ta’ Ottubru 2007

Wine, Pizza & Tombola Party

Grazzi u prosit lil kulħadd!!

Kien mument sabiħ ħafna nhar is-Sibt, 27 ta' Ottubru meta ltqajna flimkien fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali biex flimkien għaddejna ftit ħin ta' rikreazzjoni għal kulħadd, kif ukoll kien mezz kif nistgħu ngħinu l-parroċċa.



Ftaħna s-serata' billi kellna żifna tradizzjonali tar-Russi, mit-tfal iż-żgħar li jmorru l-iskola ta' Sannat. Wara, filwaqt li ħafna bdew it-tombla, xi tfal u anke kbar, f'sala oħra taċ-ċentru kellhom setgħu jaraw film fuq bigscreen.

Mument ieħor sabiħ tas-serata kien meta t-tfal kollha li jattendu d-duttrina għamlu xi ġesti sbiħ lil Madonna fi tmiem dan ix-xahar ta' Ottubru. Iż-żgħar nett kantaw l-innu fis-santwarju tal-Madonna, waqt li l-oħrajn kollha offrew xi ħaġa... fjuri, xema u pittura.

Mill-ġdid nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem:


  • Dawk kollha li kienu preżenti, għax kif tafu dan isir bħala fundraising għal parroċċa.
  • Il-Katekisti u t-tfal li ippreparaw dak il-mument Marjan.
  • It-tfal ta' l-iskola li ġew biex jisfnu.
  • Imma fuq kollox il-hlepers li mingħajr l-għajnuna u d-dedikazzjoni tagħhom ma nkunux nistgħu nagħmlu attivitajiet bħal dawn.

GRAZZI



Rittratti kollha tas-serata' fuq: http://picasaweb.google.it/munxarparish/WinePizzaOct07

No comments: