Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tnejn, 29 ta’ Ottubru 2007

Bidu tas-sena Kateketika



Nhar it-Tlieta, 9 ta' Ottubru bdejna sena oħra ta' katakeżi fil-parroċċa tagħna. Bdejna bil-gruppi ta' tfal li qed jippreparaw ruħhom sabiex jirċievu l-ewwel tqarbina u l-griżma ta' l-Isqof.


Dan sar permezz ta' quddiesa fis-sala prinċipali taċ-Ċentru Parrokkjali. Waqt din il-quddiesa, il-kappillan fakkar dwar l-importanza tas-smigħ tal-Kelma ta' Alla, miż-żgħar sal-kbar.


Wara l-omelija l-Kappillan ta l-mandat lill-katekisti kollha, sew dawk li jippreparaw it-tfal għas-sagramenti tal-inizzjazjoni, kif ukoll il-katekisti tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ u anke l-katekisti tal-għaqdiet, Legion, Museum u Azzjoni Kattolika.



Kif spiċċat il-quddiesa kien hemm ukoll xi refreshments għal dawk kollha preżenti.

Ara rittratti oħra tal-okkażżjoni fuq http://picasaweb.google.it/munxarparish/BiduTalKatekizmu0708


Attivitajiet oħra li bdew:


Gruppi adoloxxenti
Forms 2-3 u 4-5
Il-laqgħa tkun kull nhar ta' Ġimgħa fis-6.30pm


Grupp Żgħażagħ
minn 16-il sena 'l fuq
Il-laqgħa tkun kull nhar ta' Ġimgħa fit-8pm

1 comment:

Anonymous said...

Nixtieq nifrah lil-adoloxxenti taghna l issa li ergajna bdejna il-laqghat attendew bi hgarhom.Nispera li jibqghu jattendu ghax ghandna programm interessanti li permezz tieghu kollha kemm ahna nitghallmu.
Salvina Saliba