Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru 2009

Prosit... "Double Trouble"!!!



Prosit tassew lil Mikaela Bajada, waħada mit-tfal tal-Parroċċa tagħna li l-bieraħ filgħaxija flimkien ma' Francesca Sciberras rebħet il-Malta Junior Eurovision 2009. Għalhekk Mikaela u Francesca ser ikunu jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision li ser issir fl-Ukranja. Dan huwa unur kbir li Mikaela ser tirrapreżenta mhux biss il-Munxar, mhux biss il-Għawdex, imma l-Malta wkoll, ser tmur f'isimna lkoll!! Prosit tassew u j'Alla ħafna tfal oħra jieħdu l-eżempju ta' Mikaela u Francesca u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Żgur li anke bħala nsara dan huwa wieħed mid-dmirijiet tagħna, li niskopru t-talenti tagħna u nużawhom għas-servizz ta' l-oħrajn. Mill-ġdid u minn qalbi nawgura ħafna lil Mikaela u lil Francesca li jkomplu jiżviluppaw dan id-don li tagħhom Alla u jferrħu ħafna nies bih. Awguri!!!

D. Tonio Galea
Kappillan

Min jixtieq jista' jisma' u jara s-song ta' Mikaela u Francesca f'dan il-link: http://www.youtube.com/watch?v=M-dped_zid4

1 comment:

Paul Curmi said...

Mikaela u Francesca tajtuna sorpriza sabiha. Prosit tas-success li ksibtu u j'Alla jkollkom l-opportunita' li tigbdu s-simpatiji tal-gurija anke meta tmorru tikkompetu fl-Ukrajina. Ma nistax ma nghidx prosit ukoll lil kull min akkumpanjakom tul dan iz-zmien li wasaltu s'hawn u allura mhux inqas prosit lill-genituri taghkom. Ma nistax ma ninnutax ukoll it-talent li qed jikber f'dan il-qasam muzikali fost diversi tfal f'Ghawdex b'Ghawdxija ohra tigi t-tielet post. Keep it up u good luck. Fejn tmorru dejjem aghmlu unur lil art twelidkom, lil Ghawdex u l-irhula zghar taghkom