Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu 2009

Festa ta' l-Ewwel Qrara



Nhar il-Ħamis, 19 ta' Marzu, Festa ta' San Ġużepp, saret il-Festa ta' l-Ewwel Qrara. It-Tfal li din is-sena ser jirċievu lil Ġesu' Ewkaristija fil-qalb tagħhom għall-ewwel darba, nhar il-Ħamis kellhom l-ewwel laqgħa miegħu fis-sagrament tal-Qrar.




Din iċ-Ċelebrazzjoni saret fis-7.00pm fil-Knisja u għalija kienu preżenti t-tfal li kienu ser jiċċelebraw l-Ewwel Qrara flimkien mal-familji tagħhom u l-Katekista. Kienet Ċelebrazzjoni qasira imma fl-istess ħin importanti u sabiħa. Fil-bidu nqrat il-parabbola tar-Ragħaj it-Tajjeb, imbagħad saret spjegazzjoni qasira mill-Kappillan, dwar is-sbuħija ta' dan is-Sagrament ta' l-Imħabba personali li Alla għandu lejn kull wieħed u waħda minna, tant li joffrilna dan is-sagrament.




Wara dan il-mument it-tfal resqu wieħed, wieħed għal Qrar. Dritt wara l-qrar individwali ġiet mogħtija l-Paċi u l-Barka tas-Saċerdot. Iċ-ċelebrazzjoni kompliet billi kif jixraq f'mument ta' festa, ħadna xi ħaġa flimkien. Il-ġenituri ħasbu biex iġibu xi affarijiet ta' l-ikel, sar ukoll cake ta' l-okkażjoni li t-tfal qassmu kollha flimkien. J'Alla dan is-sinjal ta' Festa jakkumpnaja lil kull wieħed u waħda minna kull darba li nirċievu l-maħfra f'dan is-Sagrament.

No comments: