Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tlieta, 10 ta’ Frar 2009

Kwaranturi

Grazzi mill-qalb lil kull min ħa sehem biex nagħmlu l-festa tal-Kwaranturi Mqaddsa. Tassew kien mument sabiħ u ta' riflessjoni il-Kwaranturi ta' din is-sena. Grazzi kbir imur lil Dun Nazju Borg, Kappillan ta' San Lawrenz li kien magħana f'dawn it-tlett ijiem u mexxa l-Kwaranturi Mqaddsa.



Infakkar fil-qosor ħafna dak li qalilna f'dawa it-tletti jiem:
1. Fl-ewwel jum qalilna biex nirriflettu dwar għalfejn niġu l-Knisja u għalfejn niehdu sehem fis-sagrifccju tal-Quddiesa. Tajjeb li kull wiehed u wahda minna nistaqsu lilna nfunsa ghalfejn imorru l-Knisja. Tkellem ukoll dwar l-importanza tal-formazzjoni, tas-smigh tal-Kelma ta' Alla biex jghinna niehdu aktar frott mis-sagrificcju tal-Quddiesa, u ghalhekk fakkar fit-"tezor" tal-Lectio Divina.
2. Fit-tieni jum, Dun Nazju fakkarna fid-diversi mument tas-sagrificcju tal-Quddiesa, u fil-qosor irenxxielu jsemmi l-aktar parijiet importanti tal-quddiesa u jagħmel spjega tagħhom. Forsi l-aktar haga essenzjali f'dan il-jum kien il-fatt li ahna ma' nistgħux niehdu sehem shih jekk ma' nersqux ghat-tqarbin waqt il-quddiesa, fl-istess hin ma' nistghux nerqsu għat-tqarbin jekk ma' nkunux ħaġa waħda bejnitna.
3.Fit-tlielet jum, iġifieri l-Ħadd, tkellem proprju fuq jum il-Mulej. Jekk fil-ġranet kollha huwa mportanti li nersqu biex nieħdu sehem fil-quddiesa, is-sehem fil-Quddies tal-Ħadd huwa mhux tant obbligu daqskemm essenzjali, vitali għall-ħajja tan-nisrani. Għamel ukoll enfasi li l-Jum tal-Ħadd huwa jum il-Parroċċa u ma' jagħmilx sens li jien immur u nieħu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd jekk mhux fil-Parroċċa tiegħi, fil-familja tiegħi.

Tassew grazzi Dun Nazju għaliex għandna ħafna punti li dwarhom nistgħu nirriflettu u npoġġu fil-prattika. Mill-ġdid grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fil-preparazzjoni u fil-festa tal-Kwaranturi.
Ara aktar rittratti fuq:

No comments: