Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2008

XX ERA Meeting 2008

"Jiena Hu, t-triq, il-Verita' u l-Ħajja"... din kienet it-tema ta' l-XX ERA (Eeuropean Rogationists Assosaction) Meeting, li din is-sena sar ġewwa El Collell fit-truf ta' Ġirona fi Spanja. Għal dan il-meeting, ħadu sehem sitt pajjiżi: Italja, Polonja, Repubblika Ceka, Slovakkja, Slovenja u Malta. Aħna, grupp ta' 13, adoloxxenti u żgħażagħ mill-parroċċa ta' San Pawl Nawfragu fil-Munxar konna nirrapreżentaw il-Malta. B'kollox konna madwar 250 li ħadu sehem, minn tfal żgħar sa kbar fl-eta', imma l-biċċa l-kbira huma adoloxxenti u żgħażagħ.

Il-ġranet tal-camping kienu ħamsa, u kull ġurnata kellha tema partikulari:
1. Jien HU
2. It-Triq
3. Jum ta' Rikonċiljazzjoni u Ħarġa
4. Il-Verita'
5. Il-Ħajja.
F'dawn il-ġranet kellna mumenti żbigħ ħafna, ta' ħbiberija, ferħ, divertiment, talb (kuljum kien ikun hemm adorazzjoni libera' bejn il-11.00pm u 12.ooam li fija dejjem kien ikun hemm għad sabiħ ta' żgħażagħ li liberament kienu jmorru jitolbu). Żgur li wieħed mill-isbaħ mumenti kien meta konna nagħmlu dak li jgħidulhom intergruppi. F'dan il-mument kull grupp li kien hemm kien jiltaqa' ma' grupp ieħor u jaqsam miegħu l-esperjenzi. Aħna kien imisna niltaqgħu ma' grupp Taljan, minn Ruma li barra li għamilna ħbieb magħhom kellna ċans naqsmu ma' xulxin esperjenza qawwija tal-ħajja ta' kuljum, imma fl-istess ħin, esperjenzi li jagħtuk kuraġġ meta forsi tgħaddi minn xi mument diffiċli. Fost il-konklużjonijiet li l-grupp tagħna ħareġ kien hemm li napprezzaw aktar dak kollhu li aħna, aħna u dak kollhu li għandna, li nkunu lesti wkoll biex fil-ħajja tagħna naffrontaw anke mumenti ibsa' fil-ħajja tagħna. Jiena ċert li din l-esperjenza kienet ta' għajnuna kbira biex iż-żgħażagħ tagħna jikbru fil-formazzjoni umana u nisranija tagħhom.

Grupp ieħor ta' tlett subien, flimkien mas-Seminarista Mark Bonello li kien magħna għal din l-esperjenza, kellhom laqgħat differenti adatati għall-eta' tagħhom. L-esperjenza ta' dawn ukoll kienet sabiħa ħafna. Prinċipalment kienet mibnija fuq il-logħob, imma l-iskop kien dak ta' ħbiberija bejn adoloxxenti ta' pajjiżi differenti u dan l-iskop irnexxa għax għamlu ħafna ħbiberiji. Minkejja li kienu adoloxxenti minn diversi pajjiżi, irnexxilhom ukoll jagħmlu play żgħira fl-aħħar serata' li kienet verament ħelwa.
J'Alla dak li irċivew dawk kollha li attendew għal din l-esperjenza, jkunu kapaċi jgħadduh lil sħabhom, sew tal-Munxar kif ukoll dawk li ser jiltaqgħu magħhom meta jmorru lura lejn l-iskola. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Salvina Saliba u Mark Bonello li ġew miegħi biex nieħdu ħsieb dan il-grupp, żgur li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma' stajnix nagħmlu din l-esperjenza sabiħa.

Dun Tonio Galea
Kappillan.

No comments: