Il-Knisja Kattolika tmexxi wkoll sistema bla qligħ ta’ 637 sptar li jilqgħu fihom wieħed minn kull ħamsa fl-Amerika, sew jekk inhuma kattoliċi u anke jekk mhumiex!
Iżda l-Media hawnhekk qed tkun krudila u vendikattiva u qed tipprova tbaxxi u toskura l-Knisja f’dan il-kontinent. Tefgħet it-tort tal-pjaga kollha tal-Pedofelija fuq il-Knisja, li huwa rresponsabbli daqskemm kieku qed twaħħal fiż-Żwieġ il-problema tal-Adulterju.
Sam Miller jgħaddi mbagħad biex jagħti xi figuri li sewwa l-kattolċi jkunu jafu bihom. Ngħidu aħna tnax fil-mija tal-Kleru Protestant li ġie mistoqsi ammettew li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ xi parruċċan tagħhom; tmienja u tletin fil-mija kellhom imġieba sesswali mhux regulari ma’ oħrajn fil-Knisja Metodista; wieħed u erbgħin fil-mija tan-nisa fil-kleru għaddew minn esperjenzi sesswali mhux mixtieqa waqt li sbatax fil-mija garrbu esperjenzi xejn sbieħ. Sadanittant 1.7 fil-mija biss mill-kleru kattoliku nstab ħati ta’ Pedofelija filwaqt li għaxra fil-mija mill-Ministri tal-Knisja Protestanta nstabu ħatja tal-Pedofelija. U allura joħroġ waħdu l-fatt li din ma hix xi problema tal-Kattolċi.
Studju dwar is-saċerdoti fl-Amerika għadu kif wera li l-maġġoranza kbira tagħhom huma ferħana u kuntenti kif inhuma, anzi jinsabu aħjar milli ħasbu li se jkunu u ħafna minnhom, jekk jingħataw iċ-ċans, jerġgħu jagħzlu l-istess triq anke meta l-Knisja tinsab għaddejja minn dan il-kurrent kollu.
Il-Knisja Kattolika qed tnixxi d-demm mill-pjagi li kkaġunawlha uliedha stess; b’daqshekk ma jfissirx li din l-agunija kollha hija ħtija tal-Knisja. Il-miljuni ta’ membri tagħha sfaw imweġgħa minn ftit saċerdoti li sallum nistgħu ngħidu li rrikonċiljaw ruħħom inkella telqu addirittura.
In-Neguzjant Lhudi ta’ Cleveland li mhux kattolku jħeġġeġ lill-Kattolċi Amerikani biex jimxu b’rashom merfgħuha ‘l fuq. Kunu membri kburin tal –ikbar aġenzija (mhux le tal-Gvern) li għandna fl-Amerika u ftakru x’qal Ġeremija: ‘Morru fit-toroq u fittxu l-passaġġi qodma fejn jinsab it-tajjeb u ssibu serħan għal ruħkom’. Kunu kburin li titkellmu dwar il-fidi tagħkom u tiddefenduha, u kunu konxji ta’ dak kollu lil-Knisja tagħkom qed tagħmel għal reliġjonijiet oħra.
Kun Kburi li inti kattoliku!
Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex
No comments:
Post a Comment