Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru 2007

L-GĦANJA TAL-ĦAMSIN (ĊINKWANTINARJU)

Illum għandna artiklu partikulari ħafna, fl-okkażjoni tal-50 sena parroċċa u ġej mill-bogħod...mill-Brasil. Mons. Jose' Agius, li jsegwi b'interess kbir kull ma jkun hemm fuq dan is-sit, kiteb poeżija għal din l-okkażżjoni. Grazzi mill-qalb Mons. Jose' u j'Alla dan iservi biex inħossuna dejjem qrib minkejja d-distanzai kbar li hemm jifirdu l-Munxar minn Rolandia!!!








L-GĦANJA TAL-50 SENA (ĊINKWANTINARJU)



Insellmulek, Munxar, "sod u ċkejken"
F`din il-ġrajja ta' ħajr u ta' ferħ:
Ħamsin sena Parroċċa Pawlina,
Ħamsin sena ta' ħidma bla serħ.


Flimkien ħadmu Parroċċa w Kunsilli
B'risq in-nies li hawnhekk sabu s-sliem
Għax il-bniedem ta' Fidi sinċiera
Lil-pajjiżu jimbotta 'l quddiem.

Mis-Sanap sad-daħla tax-Xlendi
Bl-għelieqi mal-blat mifruxin,
Bejn tlajja u niżliet b'tant veduti
Jissaħru l-binjiet munxarin.

Għalekk stinka min jgħammar fir-raħal
Sabiex l-Għaqda tinżamm bejn xulxin
U l-Imħabba titkattar fost l-aħwa:
Rahan ta' Paċi mal-ġirja tas-snin.

U l-munxari li telaq minn artu
Biex isawwar ġejjieni fil-bogħod,
Bħal-ħawwief jerġa lura fil-bejta
Ma żgħożitu jiltaqa' b'xi mod.

Lil Alla ħajr nagħtu bil-kotra,
Lil Pawlu missierna ħanin
Dil-ġrajja biex nibqgħu niftakru
Fl-istorja tas-sena ħamsin.

Mons. José Agius,Rolândia, Paraná, Brasil.
Novembru 2007

No comments: