Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tnejn, 12 ta’ Novembru 2007

ARMAR TAL-FESTA

Ix-xogħol ta’ l-armar bħalissa għaddej b’ritmu tajjeb. Għadu kemm tlesta ir-restawr fuq il-pilandri ta’ triq Munxar. Dan is-sett ta' 14-il pilandra ġew miżbugħa mill-ġdid u sarulhom sett armi tal-fibre glass. Dawn l-armi ser ikollhom frażijiet li qal San Pawl dwar l-imħabba.

Għaddej ukoll ix-xogħol fuq it-trofej tal-pjazza. Dawn waslu fl-aħħar fażi. Jonqoshom biss l-armi u żewġ bnadar minn sitta. L-armi qegħdin f’fazi avvazata ħafna. Dawn għandhom ikun lesti sal- festa ta’ l-2008.

Qed isir ukoll xogħol fuq il-pedestal ta’ San Pawl tal-pjazza. Dan qed isirulu l-iskultura tal-fibre glass.

Flimkien ma dan ix-xogħol hemm ukoll ix-xogħol tal-ħjata. Il-bandalori tal-pjazza qegħin jiġu msewwija minħabba l-ħsara li ġarrbu fil-maltemp u qegħin jiġu rinforzati iżjed. Wara li dawn jitlestew, tinbeda il-ħjata fuq l-erbgha u għoxrin bandiera tat-trofej tal-pjazza li fadal.

Għal-festa ta’ l-2008 ser jiżżanżnu ukoll sett ta’ tlettax-il labarda għall-antarjoli tal-pjazza u żewġ statwi ta’ San Luqa u San Pubbliju għall-maz-zuntier tal-knisja, minflok l-erbgħa pilandri li kien hemm.

Ħafna mix-xoghol ta’ l-armar isir fil-garaxx taċ-Ċentru il-Ħadd.

Roberto Curmi

1 comment:

Anonymous said...

Id-dilettanti tal-armar qed jaghmlu opri mill-isbah biex izejnu l-festa taghna. Haqqhom verament prosit flimkien mal-voluntiera l-ohra li qed izejnu l-inkwadri fil-Knisja.