Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2007
It-Tlieta, 27 ta’ Novembru 2007
Seminar u Eżerċizzi dwar il-Lectio Divina
Seminar
Nhar il-Ħadd, 18 ta' Novembru numru sabiħ ta' parruċċani, minkejja t-temp ikrah, iddedikaw il-Ħadd wara nofs in-nhar biex jiġu għas-seminar li ġie organizzat mill-parroċċa tagħna ħalli nifhmu l-bżonn li nsiru aktar midħla tal-Kelma ta' Alla. Hemm diversi modi kif nistgħu nsiru "ħbieb ta' l-Evanġelju", wieħed minn dawn il-metodi hija l-prattika antika u moderna tal-Lectio Divina. Dan kien l-għan prinċipali ta' dan is-seminar, iġifieri li jintroduċina għal din il-prattika li ser tibda fil-parroċċa tagħna. Il-mistieden biex ikellimna dwar din il-prattika kien ir-rettur tas-Seminarju Dun Daniel Xerri li beda din l-esperjenza meta kien kappillna fil-parroċċa ta' San Lawrenz. Dawk li ġew is-seminar ħadu l-impenn li dak li riċivew f'dawk il-mumenti żbieħ jgħadduh lill-oħrajn, kif ukoll li jwasslu l-istedina tal-Lectio Divina fid-djar tal-komunita' parrokkjali tagħna.
Nhar il-Ħadd, 18 ta' Novembru numru sabiħ ta' parruċċani, minkejja t-temp ikrah, iddedikaw il-Ħadd wara nofs in-nhar biex jiġu għas-seminar li ġie organizzat mill-parroċċa tagħna ħalli nifhmu l-bżonn li nsiru aktar midħla tal-Kelma ta' Alla. Hemm diversi modi kif nistgħu nsiru "ħbieb ta' l-Evanġelju", wieħed minn dawn il-metodi hija l-prattika antika u moderna tal-Lectio Divina. Dan kien l-għan prinċipali ta' dan is-seminar, iġifieri li jintroduċina għal din il-prattika li ser tibda fil-parroċċa tagħna. Il-mistieden biex ikellimna dwar din il-prattika kien ir-rettur tas-Seminarju Dun Daniel Xerri li beda din l-esperjenza meta kien kappillna fil-parroċċa ta' San Lawrenz. Dawk li ġew is-seminar ħadu l-impenn li dak li riċivew f'dawk il-mumenti żbieħ jgħadduh lill-oħrajn, kif ukoll li jwasslu l-istedina tal-Lectio Divina fid-djar tal-komunita' parrokkjali tagħna.
L-eżerċizzi, dejjem bl-istess tema u l-istess predikatur ġew milqugħa b'interess kbir, in-numru ta' dawk li attendew kien sabiħ ħafna. Pero' ta' min isemmi li s-skiet u l-attenzjoni waqt l-eżerċizzi kienet xi ħaġa li tħossa. Mument mhux tas-soltu f'dawn l-eżerċizzi kienet meta Dun Daniel ġab miegħu żewġ koppji biex jgħidu huma stess l-esperjenza tagħhom tal-Lectio Divina. Kienu żewġ koppji żgħażagħ bi tfal għadhom żgħar. Dawn spjegaw kif minkejja d-diffikultajiet biex imorru għall-laqgħa dejjem irnexxilhom isolvuhom u wrew li ħafna drabi l-frott ta' dawn il-mument diffiċli tispjegah bil-kliem.
Stedina
Matul dawn il-ġranet tqassmet stedina f'kull familja biex nhar it-Tnejn u l-Erbgħa nagħtu bidu għall-laqgħat tal-Lectio Divina, għal kulħadd u għall-koppji. L-istedina titlob minna risposta u impenn, il-firma li tridu tagħmlu fuq din l-istedina mhix xi kuntratt, imma hija sempliċi turija ta' l-impenn tagħkom li ser tagħmlu minn kollox biex la darba tibdew tattendu dawn il-laqgħat ser tagħmlu dan b'regolarita.
Għalhekk bħala Kappillan tagħkom, nistedinkom sabiex ma tħallux dan il-mument ta' grazzja jgħaddi bħal mumenti oħra. Nitolbkom biex tpoġġu d-diffikultajiet, li żgur li kull wieħed u waħda minna għandu, fit-tieni post waqt li tpoġġu fl-ewwel post il-bżonn li nkunu nsara awtentiċi.
Dun Tonio
Kappillan
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru 2007
L-GĦANJA TAL-ĦAMSIN (ĊINKWANTINARJU)
Illum għandna artiklu partikulari ħafna, fl-okkażjoni tal-50 sena parroċċa u ġej mill-bogħod...mill-Brasil. Mons. Jose' Agius, li jsegwi b'interess kbir kull ma jkun hemm fuq dan is-sit, kiteb poeżija għal din l-okkażżjoni. Grazzi mill-qalb Mons. Jose' u j'Alla dan iservi biex inħossuna dejjem qrib minkejja d-distanzai kbar li hemm jifirdu l-Munxar minn Rolandia!!!
L-GĦANJA TAL-50 SENA (ĊINKWANTINARJU)
Insellmulek, Munxar, "sod u ċkejken"
F`din il-ġrajja ta' ħajr u ta' ferħ:
Ħamsin sena Parroċċa Pawlina,
Ħamsin sena ta' ħidma bla serħ.
L-GĦANJA TAL-50 SENA (ĊINKWANTINARJU)
Insellmulek, Munxar, "sod u ċkejken"
F`din il-ġrajja ta' ħajr u ta' ferħ:
Ħamsin sena Parroċċa Pawlina,
Ħamsin sena ta' ħidma bla serħ.
Flimkien ħadmu Parroċċa w Kunsilli
B'risq in-nies li hawnhekk sabu s-sliem
Għax il-bniedem ta' Fidi sinċiera
Lil-pajjiżu jimbotta 'l quddiem.
Mis-Sanap sad-daħla tax-Xlendi
Bl-għelieqi mal-blat mifruxin,
Bejn tlajja u niżliet b'tant veduti
Jissaħru l-binjiet munxarin.
Għalekk stinka min jgħammar fir-raħal
Sabiex l-Għaqda tinżamm bejn xulxin
U l-Imħabba titkattar fost l-aħwa:
Rahan ta' Paċi mal-ġirja tas-snin.
U l-munxari li telaq minn artu
Biex isawwar ġejjieni fil-bogħod,
Bħal-ħawwief jerġa lura fil-bejta
Ma żgħożitu jiltaqa' b'xi mod.
Lil Alla ħajr nagħtu bil-kotra,
Lil Pawlu missierna ħanin
Dil-ġrajja biex nibqgħu niftakru
Fl-istorja tas-sena ħamsin.
Mons. José Agius,Rolândia, Paraná, Brasil.
Novembru 2007
L-Erbgħa, 21 ta’ Novembru 2007
Tifkira tal-Magħmudija
Nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Novembru l-laqgħa ta' l-adoloxxenti kienet ftit differenti minn tas-soltu. Flimkien ma' l-adoloxxenti kien hemm ukoll il-ġenituri. Il-laqgħa kienet mument ta' talb u kienet il-konklużjoni ta' l-ewwel tema tal-laqgħat tagħna. It-tema prinċipali kienet il-Magħmudija ta' Ġesu'.
Għalhekk nhar il-ġimgħa, biex nikkonkludu din it-tema ħsiebna li nġeddu t-tifkira tal-Magħmudija tagħna b'mument ta' talb u b'ġesti li jfakkruna u jispjeaw il-mumenti kollha li jseħħu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. Kien mument fejn il-ġenituri reġgħu ftakkru fid-dmir tagħhom bħala l-ewwel katekisti ta' uliedhom. Minn naħa l-oħra l-adoloxxenti kienu mfakkra li issa r-responsabilita' tal-fidi tagħhom qed issir dejjem aktar xi ħaġa tagħhom.
Ir-rittratti kollha taċ-ċelebrazzjoni fuq:http://picasaweb.google.com/munxarparish/TifkiraTalMaghmudija
Is-Sibt, 17 ta’ Novembru 2007
Maltempata mhux tas-Soltu!!!
Nhar il-Ġimgħa filgħodu kont qiegħed il-knisja nagħmel il-Bullettin, kont naf li nieżla x-xita, imma f'ħin minnhom beda nieżel is-silġ... u silġ mhux tas-soltu!!!
Kif waqaf niżel dak is-silġ mort niġri inġib il-camera... diffiċli naraw il-pjazza tal-Munxar hekk!!
Ara r-rittratti l-oħra fuq: http://picasaweb.google.com/munxarparish/MaltempataMhuxTasSoltu
Il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru 2007
It-Tnejn, 12 ta’ Novembru 2007
ARMAR TAL-FESTA
Ix-xogħol ta’ l-armar bħalissa għaddej b’ritmu tajjeb. Għadu kemm tlesta ir-restawr fuq il-pilandri ta’ triq Munxar. Dan is-sett ta' 14-il pilandra ġew miżbugħa mill-ġdid u sarulhom sett armi tal-fibre glass. Dawn l-armi ser ikollhom frażijiet li qal San Pawl dwar l-imħabba.
Għaddej ukoll ix-xogħol fuq it-trofej tal-pjazza. Dawn waslu fl-aħħar fażi. Jonqoshom biss l-armi u żewġ bnadar minn sitta. L-armi qegħdin f’fazi avvazata ħafna. Dawn għandhom ikun lesti sal- festa ta’ l-2008.
Qed isir ukoll xogħol fuq il-pedestal ta’ San Pawl tal-pjazza. Dan qed isirulu l-iskultura tal-fibre glass.
Flimkien ma dan ix-xogħol hemm ukoll ix-xogħol tal-ħjata. Il-bandalori tal-pjazza qegħin jiġu msewwija minħabba l-ħsara li ġarrbu fil-maltemp u qegħin jiġu rinforzati iżjed. Wara li dawn jitlestew, tinbeda il-ħjata fuq l-erbgha u għoxrin bandiera tat-trofej tal-pjazza li fadal.
Għal-festa ta’ l-2008 ser jiżżanżnu ukoll sett ta’ tlettax-il labarda għall-antarjoli tal-pjazza u żewġ statwi ta’ San Luqa u San Pubbliju għall-maz-zuntier tal-knisja, minflok l-erbgħa pilandri li kien hemm.
Ħafna mix-xoghol ta’ l-armar isir fil-garaxx taċ-Ċentru il-Ħadd.
Roberto Curmi
Il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru 2007
It-Tlieta, 6 ta’ Novembru 2007
Leħen mill-MUNXAR
Kif forsi diġa tafu, issa tistgħu isgewu programm tar-radju ddedikat kollhu kemm hu lir-raħal u l-parroċċa tagħna. Dan il-programm qiegħed isir fuq ir-radju "Leħen il-Belt Victoria". Huwa programm ta' nofs siegħa mmexxi mis-sur Alfred Grech, li fih jagħti xi tagħrif storiku dwar il-Munxar, ikollhu mistieden partikulari u jagħti xi avviżi li għandhom x'jaqsmu mar-raħal u l-parroċċa tagħna. Dan il-programm ikun kull nhar ta' Erbgħa bejn il-4.45pm u 5.15pm. Tistgħu tisimgħu dan il-programm fuq il-frekwenza ta' 104 FM jew, b'mod partikulari għal dawk li jinsabu l-bogħod, permezz ta' l-internet fuq dan il-link http://www.lbv104.com/
Nixtieq nieħu din l-okkażżjoni biex nirringrazzja lid-direzzjoni tar-radju "Leħen il-Belt Vicotria" ta' din l-opportunita li qed jagħtuna. Nirringrazzja wkoll lis-sur Alfred Grech li qed jieħu ħsieb isib l-informazzjoni u jsib il-mistiedna għal dan il-programm. Għalhekk inħeġġiġkom biex dan il-programm ikun appuntament għalikom li ma titilfux u nħeġġeġ b'mod partikulari lil dawk li għandhom qrabathom emigranti biex jinfurmawhom, sew b'din is-site, kif ukoll b'dan il-programm "Leħen mill-Munxar". Grazzi.
Subscribe to:
Posts (Atom)