Is-Sibt u il-Ħadd 29 u 30 ta’ Marzu aħna iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tal-Munxar, tellajna il-musical Ribell. Żgur li għalina iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti din kienet esperjenza mill-isbaħ. Konna ilna aktar minn xahar sejrin bil-provi. Din kienet opportunita fejn aħna iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tal-Munxar iltqajna u ikkooperajna flimkien filwaqt li sirna nafu aktar lil xulxin u dħakna flimkien. Għalkemm għall-bidu kien hemm min il-musical ma ħadux bis-serjeta, fl-aħħar kulħadd ħadem id f’id biex tellajna dan il-musical li kien ta’ suċċess.
Minn dan il-musical ħareġ kemm hawn talenti ġewwa il-Munxar. Għal xi uħud mill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, dan il-musical serva bħala l-ewwel esperjenza fuq il-palk wara l-iskola primarja, fejn kont titla’ fuq il-palk ta’ bilfors għal xi serata ta’ l-iskola jew tad-duttrina. Grazzi kbira lil kull min b’xi mod jew ieħor għen biex dan il-musical seta’ jittellgħa. Barra l-adoloxxenti u iż-żgħażagħ kien hemm ukoll grupp ta’ tfal li ħadu sehem ukoll f’dan il-musical. Dawn ukoll ħaqqhom prosit għaliex bl-innoċenza tagħhom, kienu kapaci jsebbħu wkoll il-musical.
Ir-Ribell hija musical fuq Pilatu li ikkundanna lil Ġesu biex jiġi msallab fuq is-salib. Tidħol il-folla li għall-ewwel jaqblu ma’ Ġesu’ imma fl-aħħar jgħajtu biex isallbu lil Ġesu’. Matul il-musical naraw ukoll xi mirakli li għamel Ġesu. Naraw ukoll lill-istoriku, li Pilatu l-ħin kollu jirreferi għalih meta ma jifhimx xi ħaġa, u s-saċerdoti tas-sinedriju, li jressqu akkużi kontra Ġesu’ quddiem Pilatu. Minn ħin għall-ieħor jidħlu iż-żgħażagħ tal-lum li jirriflettu fuq xi xena partikolari u jqabluha mal-ħajja tagħhom tal-lum.
Nixtieq nieħu din l-okkazzjoni biex nirringrazja lil Kappillan Dun Tonio Galea li tani din l-opportunita biex nieħu sehem f’dan il-musical li tant ħadt gost nagħmel. Grazzi kbira lil dawk kollha li ġew jarawna u apprezzaw ix-xogħol tagħna. Li kieku ma ġewx in-nies jarawna kieku ma kontux tagħmlulna kuraġġ lilna iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti biex il-quddiem inkomplu nużaw il-palk tal-Munxar.

Josienne Bezzina
Ara r-rittratti kollha tal-Musical fuq http://picasaweb.google.com/munxarparish
3 comments:
Ara, vera kienet okkazzjoni ta' min ifahharha! L-adoloxxenti u zghazagh kienu jidhru li qed jippartecipaw minn qalbhom. Ghogobni hafna kumment ta' adoloxxent minnhom li wara stqarr li kien jiddispjacih hafna li kieku ma hax sehem. U fil-bidu ma kienetx xi haga facli ghalih. Prosit u grazzi lil helpers kollha li ghenu biex ittella' dan il-musical. Kienet okkazzjoni rikrejattiva u edukattiva ghaz-zghazagh u l-adoloxxenti taghna.
Pawlu Curmi
Paul Curmi said
Ara, vera kienet okkazzjoni tal-genn ghall-adoloxxenti u zghazagh taghna. U xi pjacir tawna! Ghogobni kumment li ghadda adoloxxent minnhom meta stqarr li kien jiddispjacih immens li kieku ma hax sehem. U ma kienetx haga facli ghalih fil-bidu. Grazzi lil helpers kollha tal-pacenzja li hadu. Kienet okkazjoni ta' divertiment u edukattiva ghal kull min ha sehem
Prosit hafna lill-kappillan, l-adoloxxenti u z-zghazagh tal-Munxar li tellghu ghal darb'ohra dan il-musical originali fuq il-Process ta' Kristu. "Ir-Ribell" kien ittella' ghall-ewwel darba f'Malta mill-grupp "23four>>" tal-parrocca ta' San Gorg xi snin ilu. Din ir-rapprezentazzjoni ma ghamlet xejn ghajb lil dik li kienet ittellghet fuq il-palk tat-Teatru Astra. Prosit liz-zghazagh u l-adoloxxenti kollha.
Post a Comment