Din kienet it-tema tan-Novena li għadna kemm iċċelebrajna flimkien bi preparazzjoni spiritwali għal festa tal-Milied. U dan huwa wkoll l-awgurju tiegħi għal dan il-Milied li qed niċċelebraw flimkien. Iva, j’Alla l-ħafna kliem li aħna ngħidu matul is-sena kollha, j’Alla dak kollhu li aħna nagħmlu f’kull sitwazjoni, f’kull ambjent li fih inkunu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum iwassalna għall-KELMA waħda li hija KRISTU.
Verbum Dei caro factum est!! L-Kelma ta’ Alla saret laħam. Hekk ifisser dan il-kliem li kien tant għażiż għal San Ġorġ Preca, kliem li ssibu miktub f’kull karrozza, wara il-bibien ta’ djar tagħna, imma j’Alla dan il-kliem ikun miktub fil-qlub tagħna. J’Alla aħna meta nitkellmu inwasslu mhux il-ħafna kliem tagħna u tad-dinja li ġeneralment huwa kliem vojt, imma nwasslu l-KELMA ĦAJJA li huwa Ġesu, Għemmanu-el, Alla magħna. J’Alla dan il-Milied iwassalna biex ngħamlu pass lejn xi ħadd li aħna imbgħdin minnhu, biex hekk verament l-Iben ta’ Alla jsir bniedem fil-qalb tagħna.
Minn qalbi nawguralkom l-isbaħ xewqat f’dan il-Milied biex Kristu jsir konkret fil-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.

IL-MILIED IT-TAJJEB!!!
d.Tonio
Kappillan
No comments:
Post a Comment