Merħba fuq dan il-blog li jirrapreżenta l-komunita' parrokkjali ta' San Pawl Nawfragu fir-raħal tal-Munxar.
L-għan ta' dan il-blog huwa li jkollna speċi ta' djarju ta' dak li jkun qed jiġri fil-komunita' parrokkjali tagħna. Nixtieq li dan il-blog jinvolvi b'mod partikulari lill-adoloxxenti u ż-żgħżagħ tagħna. Dan il-blog ikun sabiħ u interessanti daqs kemm jirnexxilna nżommuh attwali. Kif tafu għandna wkoll photoalbum fuq http://picasaweb.google.it/munxarparish, pero' dan ikun fih biss rittratti mingħajr ebda kumment. Hawn minbarra r-rittratti u artikli li jinkietbu minn żmien għal żmien, intom tkunu tistgħu ukoll tiktbu l-kummenti tagħkom.
Nispera li dan ikun mezz biex dak kollhu li jiġri fi ħdan il-komunita' parrokkali tagħna, li din is-sena ser tfakkar għeluq il-ħamsin sena mit-twelied tagħha, ikun aċċessibli għal kulħadd. Dawk kollha li jixtiequ jgħinu billi jgħddulna xi rittratti jew xi artikli, jew biex jgħinu ħalli dan il-blog ikun dejjem aġġornat jistgħu ikellmu lili direttament jew permezz tal-posta eletronika fuq munxarparish@gmail.com.
Mill-ġdid merħba fuq dan il-blog!!
d. Tonio Galea
Kappillan
1 comment:
Prosit ta'dan il-'blog'.Il-lum li kwazi kullhadd ghandu access ghall-internet,tkun haga sabieha li nzommu dan il-'blog'haj. Hu t'interess ukoll ghall l-emigranti taghna.Ghalhekk tajjeb li min ghandu niesu msiefrin jinfurmahom. Nahseb tkun haga sabieha jekk min ghandu xi ritratti tal-Munxar fl-antik jghaddihom biex inkunu nistghu narawhom.
Nixtieq nawgura lill-kappillan fl-gheluq l-ewwel sena tieghu fil-parrocca taghna.J'Alla jkollu hafna izjed snin ta'hidma pastorali fostna.
Post a Comment