It-2 ta' Novembru hija ġurnata mportanti għal kull wieħed u waħda minna, għax kulħadd għandu xi ħadd mill-għeżież tiegħu li għadda għall-ħajja l-oħra. Hija ħaġa sabiħa ħafna li matul dan ix-xahar inżuru l-għeżież tagħna u nitolbu b'mod partikulari għalihom. Tajjeb niftakkru wkoll li anke huma jistgħu jitolbu għalina.
Il-Ħinjiet tal-quddies f'dan il-jum għażiż ikunu hekk:
- 6.00
- 6.30
- 7.00
- 7.30
- 8.00
- 9.00 (Ċimiterju, pellegrinaġġ bit-tfal tad-duttrina li jitlaq fit-8.30 mill-pjazza).
- 12.00
- 16.00
- 18.00 konċelebrazzjoni soloenni
Infakkru wkoll li matul dan il-jum ikun hemm l-adorazzjoni.
Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta' dejjem id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom jistrieħu fis-sliem. Amen.
No comments:
Post a Comment