Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru 2009
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2009
Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru 2009
Prosit... "Double Trouble"!!!
Prosit tassew lil Mikaela Bajada, waħada mit-tfal tal-Parroċċa tagħna li l-bieraħ filgħaxija flimkien ma' Francesca Sciberras rebħet il-Malta Junior Eurovision 2009. Għalhekk Mikaela u Francesca ser ikunu jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision li ser issir fl-Ukranja. Dan huwa unur kbir li Mikaela ser tirrapreżenta mhux biss il-Munxar, mhux biss il-Għawdex, imma l-Malta wkoll, ser tmur f'isimna lkoll!! Prosit tassew u j'Alla ħafna tfal oħra jieħdu l-eżempju ta' Mikaela u Francesca u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Żgur li anke bħala nsara dan huwa wieħed mid-dmirijiet tagħna, li niskopru t-talenti tagħna u nużawhom għas-servizz ta' l-oħrajn. Mill-ġdid u minn qalbi nawgura ħafna lil Mikaela u lil Francesca li jkomplu jiżviluppaw dan id-don li tagħhom Alla u jferrħu ħafna nies bih. Awguri!!!
D. Tonio Galea
Kappillan
Min jixtieq jista' jisma' u jara s-song ta' Mikaela u Francesca f'dan il-link: http://www.youtube.com/watch?v=M-dped_zid4
L-Erbgħa, 2 ta’ Settembru 2009
It-Tlieta, 1 ta’ Settembru 2009
Għażiż Dun Joshua Muscat...
"Meta nintrefa' 'l fuq mill-art,
jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja."
Ġw:12:32
Għażiż Dun Joshua,
dan il-kliem li qal Ġesu', int tafu sewwa, taf tajjeb xi jfisser u għamilt esperejnza tiegħu. Il-Mulej Ġesu' qalilna li meta jintrefa' 'l fuq, meta kulħadd kien ser jaħseb li Ġesu' ma' huwa xejn ħlief bniedem ieħor li ħolom li jkun il-messija, għax fil-fatt spiċċa imdendel ma' salib, proprju f'dak il-mument xtaq li tidher il-qawwa ta' Alla. U hekk ġara, għax aħna l-insara nimxu wara xi ħadd li għal għajnejn id-dinja huwa fallut, tilef kull dinjieta ta' bniedem u ma' għandu l-ebda saħħa. Iva, Alla għażel li fid-djugħfija ta' Ibnu bħala bniedem juri l-qawwa tiegħu u jiġbed lil bnedmin kollha lejh.
Għażiż ħabib, int għażilt is-salib biex ikun dak li jmexxik fil-ħajja saċerdotali tiegħek, u Alla għoġbu jagħtik dan il-privileġġ, li forsi f'għajnejna jidher telf, (telf ta' saċerdot żagħżugħ, f'saħħtu, kapaċi jaħdem f'kull qasam tal-pastorali), imma int, għażiż Joshua, minn meta tlajt fuq is-salib tal-marda tiegħek, mhux biss aċċettajt dan is-salib, imma ħadantu miegħek. Mhux biss ħadantu miegħek imma għamilt ukoll esperjenza ta' Kristu, iva rajt li meta kont marid kulħadd kien qiegħed jinġbed lejk. Sakemm stajt toħroġ mid-dar kull fejn kont tmur kien ikun hemm ħafna nies imdawrin miegħek, tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani. Mhux biss minn kull raħal ta' Għawdex imma wkoll mill-Parroċċa fejn kont ġewwa Torin, qatt ma' waqfu jiġu jarawk. Meta mbagħad is-salib sar aktar kifer u kellek tibqa' fuq is-sodda, xorta bqajt tiġbed ħafna nies lejk, tant li meta kont niġi narak kien ikun hemm numru ta' nies jistennew biex jiġu jkellmuk ftit.
Min kien jaħseb li din kienet il-vokazzjoni tiegħek? Li din kienet is-sejħa tiegħek? Min kien jaħseb li f'qasir żmien (qasir għalina l-bnedmin, għax għal Alla dan ma' jeżistix), int ġbidt lejk, jew aħjar ġbit lejn Kristu ħafna u ħafna nies, speċjalment żgħażagħ? Jien żgur li din il-missjoni tiegħek ma' tieqafx hawn, imma se tħalli ħafna u ħafna frott. Nistqar, miegħek għażiż Joshua, li kull meta ltqajt miegħek, fi żmien il-mard tiegħek, u ġejt fejnek jew ħriġna flimkien biex nagħmillek ftit kumpanija, jew nagħmillek xi ftit kuraġġ, kont int dak li timlini bil-kuraġġ, kont int li tferraħni b'dik it-bissima tiegħek li baqgħet fuq wiċċek sa l-aħħar darba li rajtek.
Għażiż Joshua, minkejja li nibki t-telfa tiegħek flimkien ma' ħafna oħrajn, jien ċert li din il-vokazzjoni tiegħek li int għext to the full ser tħalli ħafna u ħafna frott. Nitolbok issa għażiż Joshua biex mis-sema fejn qiegħed tgawdi l-glorja ta' Alla, tbierek lilna lkoll. Bierek il-ġenituri, il-ħutek, in-nepputijiet u l-familja kollha tiegħek. Bierek lilna s-saċerdoti, f'din is-sena ddedikata lis-saċerdot, sabiex ngħixu l-vokazzjoni tagħna skont ir-rieda ta' Alla. Bierek liż-żgħażagħ kollha li tant kienu jħobbuk u urihom li l-ħajja hija sabiħa meta ssir DON kif għamilt int f'kull mument tas-saċerdozju tiegħek.
Għażiż Joshua kompli żomm dik it-tbissima tiegħek u l-barka tiegħek fuqna lkoll li għadna hawn, f'dan il-wied ta' dmugħ. J'Alla kull meta naraw xi rittratt tiegħek nimtlew bil-kuraġġ biex ikun kbir kemm ikun kbir is-salib li nkunu nġorru, nkomplu mexjin b'umilta' kif għamilt int sa l-aħħar.
Grazzi Joshua u narak!!
Habibek
d. Tonio Galea
Subscribe to:
Posts (Atom)