Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


It-Tlieta, 10 ta’ Frar 2009

Velja tan-Nawfraġju ta' San Pawl

Il-bieraħ, 9 ta' Frar, ġiet organizzata Velja ta' talb fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Pawl Nawfragu. Din il-velja saret bis-sehem ta' l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Il-velja kienet imqassam fi tlett partijiet:

1. Fl-ewwel parti sar powerpoint presentation bl-innu l-Kbir ta' San Pawl. Il-kliem ta' Mons. Gużeppi Agius, il-mużika ta' Mro. Joe Vella u flimkien ma' l-istampi ta' dan l-Innu, kienu mument ta' rifelssjoni qawwija. Kif spiċċa dan l-innu kulħadd ħareġ barra għat-tieni mument.
2. It-Tieni mument kien dak tal-ħuġġieġa, fejn il-Kappillan għadda d-dawl mill-blandun lil żewġ żgħażagħ li mbagħad dawn qabdu l-ħuġġieġa. Mdwar il-ħuġġieġa mbagħad inqrat parti mill-atti ta' l-appostli u saret l-istqarrija tal-fidi. Mill-ħuġġieġa mbagħad kulħadd ħa d-dawl u dħalna fil-knisja għall-aħħar mument.
3. It-Tielet u l-aħħar mument kien dak ta' kant, adorazzjon u talb fis-skiet. Il-velja spiċċat bil-barka sagramentli.
Grazzi lil dawk kollha li ħadu sehem, naħseb kien mument sabiħ ħafna, kif ukoll mument qawwi ta' talb u riflessjoni.
Ara aktar rittratti fuq:

No comments: