Kienet esperjenza sabiha hafna dik li ghamilna fil-Belt ta' Ruma bejn it-28 ta' Awwissu u l-4 ta' Settembru bhala komunita' parrokkjali fl-okkazjoni tas-sena Pawlina. Konna grupp ta' 27 ruh minn tfal zghar sa anzjani, grupp zghir li kien jirraprezenta l-'komunita parrokkjali kollha kemm hi.
Din il-gimgha kienet imzewqa b'hafna affarijiet, imma l-aktar mumenti mportanti bla dubbju kienu l-visti u c-celebrazzjonijiet li ahna ghamilna f'postijiet ghaziza bhal - San Pietru fil-Vatikan, San Pawl fuor le mura, San Giovanni Laterano, Santa Maria Maggiore, Assisi, l-angelus u l-uddjenza tal-Papa - u ohrajn. Imma zgur li l-isbah mument ghal kulhadd kien x'hin tlabna u iccelebrajna l-quddiesa fil-post fejn gie midfun l-Appostlu Missierna San Pawl.
F'dawn il-postijiet gheziez il-quddies kollhu offrejnih ghal komunità parrokkjali taghna u tlabna ghal dawk li l-aktar jehtiegu t-talb taghna.
Jiena nemmen li dan il-pellegrinagg iservi ta' gid spiritwali mhux biss ghal dawk is-27 li gew maghna imma ghal komunità parrokkjali kollha kemm hi. Nixtieq nirrigrazzja lil dawk kollha li hadu sehem f'dan il-pellegrinagg u j'Alla jaghtina s-sahha spiritwali li nehtiegu ghal din is-sena pastorali li ser tibda.
Dun Tonio Galea
Kappillan
1 comment:
Jien kont prezenti ghal din il-gita pellegrinagg. Kienet esperjenza mill-isbah f'din is-Sena Pawlina. Waqt li Ruma tibqa dik il-Belt Eterna li qatt ma xbajt inzurha, il-postijiet li zorna b'konnessjoni Pawlina, kellhom sens differenti f'din il-gita minn okkazjonijiet ohra li kelli. Nahseb li qed nesprimi l-istess hsieb ta' hafna ohrajn li kienu ukoll prezenti f'dan il-pellegrinagg. Grazzi tal-okkazjoni.
Post a Comment