Illum beda Is-sajf ma' PINOCCHIO!!! Wara l-ewwel ġurnata u wara tant preparazzjoni għal din l-attivta' tat-tfal, imma li qed tinvolvi xi ftit jew wisq lil kulħadd, nista' ngħid li morna tajjeb ħafna u kulħadd ta is-sehem tiegħu, mit-tfal iż-żgħar tal-Kinder 1 sa l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna, kif ukoll xi teachers mill-parroċċa tagħna li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom. Nispera li din tkun esperjenza mill-isbaħ. Aħna minn naħa tagħna nippruvaw naġġornaw ta' kuljum is-sit tagħna bir-rittratti tal-ġurnata.
Day 2
Day 3
Day 4
Day 5
Day 6
Day 7
Day 8
Day 9
Day 10
Pinocchio
1 comment:
Qed nidhol kuljum fis-sit biex nara l-album tar-ritratti. Qed taghmlu attivitajiet verament sbieh. Ma tarax ritratt ta' xi tifel jew tifla mdejqa. M'hemmx dubju li qed jiehdu gost zgur! Prosit lil kull min qed jaghti sehem, anke dawk ta' wara l-kwinti li mhux qed jidhru fir-ritratti. Tidher li qed tkun attivita' ferm energetika bis-suggett Pinocchio jidher li qed ikun ferm interessanti.
Post a Comment