Din is-sena kienet waħda ta' ħidma għall-fergħa ta’ l-armar. Aktar kmieni din is-sena sar xogħol ta` restawr fuq armar eżistenti li kien jikonsisti r-restawr fuq il-pilandri ta` triq Munxar. Dan is-sett ta 14-il pilandra reġgħu inżabħu mill-ġdid fuq rħam ta’ lewn ħamrani u aħdar u sarulhom sett armi ġodda tal-fibre glass, li inħadmu fuq l-armi eżistenti tagħhom. Dawn l-armi saru fuq disinn ta’ Hubert Saliba mix-Xewkija u għandhom frażijiet li qal San Pawl dwar l-imħabba. Il-festa li għaddiet kienu lesti iżda kien jonqosom l-armi għaż-żebgħa, u fuq il-bnadar saru sett ta lanez ta` l-injam indurati.
Ix-xogħol fuq it-trofej tal-pjazza ħa spinta tajba `il quddiem. Wara li l-festa li għaddiet tlestew miż-żebgħa, din is-sena tkompla ix-xoghol tal-fibre glass fuq l-armi li dawn tlestew u li ftit minnhom jonqoshom iż-żebgħa u l-isfumar, u li sal-festa ta` din is-sena ser ikunu kompluti. Jonqoshom ukoll l-aħħar fażi. Id-drapp. Dan jikkonsisti minn żewġ bnadar kull waħda, peress li kellhom erbgħa lesti, li huma tal-vatikan, ta’ Malta, tar-reliġjon, u tal-vitorja. Issa jonqoshom tnejn bil-pittura; bl-arma tal-munxar u ta’ San Pawl. Ix-xoghol fuq dawn jinbeda wara li tinħeles it-tiswija fuq il-bandalori tal-pjazza. It-trofej qed jiġu wkoll msewwija persess li fil-festa li għaddiet sarilna xi ħsara minhabba l-maltemp u qed jiġu rinforzati iżjed kollha kemm huma.
Għandu jsir xogħol ukoll fuq l-pedestal ta` San Pawl tal-pjazza li nisperaw li sal-festa jkun irħamat. Ix-xoghol ta`skultura tal-fibre tal-pedestal għandna ma nafux fl-liema fażi ser naslu peress li dan ix-xoghol jiddependi fuq nies barranin.
Din is-sena ser jiżżanżnu sett ta’ 13-il labarda għall-antarjoli tal-pjazza li qegħdin jinħadmu Ħal Qormi mis-sur Twanny Zammit fuq disinn ta' Joseph Borg minn Victoria u żewg statwi ta’ San Luqa u San Pubbliju għal maz-zuntier flimkien ma' żewġ pedestalli ġodda li ix-xogħol fuqhom inbeda u miexi b’ritmu tajjeb. L-istatwi qegħdin jiġu maħduma mill-istatwarju Pawlu Aqulina mir-Rabat Għawdex.
Għall-quddiem bi ħsiebna nkomplu ix-xogħol li baqalna, fuq id-drapp, pedestal ta` San Pawl u il- pedestalli taz-zuntier, flimkien ma' xoghol ta` restawr u armar ġdid.
Roberto Curmi
Roberto Curmi
mill-fergħa ta' l-armar ta' barra
1 comment:
Prosit lil grupp kollu immens tax-xoghol li qeghdin taghmlu
Paul Curmi
Post a Comment