L-aħħar li ġie l-Knisja kien meta kellna fostna r-relikwija ta' San Ġorġ Preca. Il-bieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6.00pm, Mikieli Parnis, ta' 98 sena twieled għas-sema pajjiżna. Mikieli kien l-aktar raġel anzjani fil-Munxar, minkejja dan, kien bniedem ċajtier u nistqarr li kull meta kont imur għandu biex jitqarben kont noħroġ minn fejnu bi tbissima. Minkejja l-eta' kbira tiegħu u l-piż tax-xjuħija, kellhu spirtu żgħżaugħ sa l-aħħar mumenti. Nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta' Mikieli u j'Alla jkun ta' eżempju għalina lkoll, b'mod partikulari fl-ispirtu żgħżugħ li kellhu.
Agħtih, o, Mulej il-mistireħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi lilhu, jistrieħ fis-sliem. Amen.
1 comment:
F'ismi u f'isem il-familjari kollha, nixtieq nirringrazzja lil Kappillan Dun Tonio u l-kleru kollhu tal-funzjoni sabiha li ghamlu ghall-funeral tan-nannu.
Grazzi.
Nahsbu lkoll fih fit-talb taghna.
Christiana
Post a Comment