Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email:
munxarparish@gmail.com


Is-Sibt, 17 ta’ Jannar 2009

MILENA: ANĠLU TAL-MULEJ

Il-Mulej Ġesu' ried għalih anġlu ieħor, ried lil xi ħadd speċjali, u l-ħarsa tiegħu waqet fuq Milena. Iva, issa bla ma' nkunu niżbaljaw, nistgħu ngħidu li Milena hija ANĠLU TAL-MULEJ. Għandha post speċjali ħdejh. Nistgħu, bla dubbju ta' xejn ngħidu li issa għandna ħabiba tagħna, waħda mit-tfal tal-Munxar li hija qrib Ġesu', anġlu speċjali tiegħu. Nafu li meta nitlobu lil Alla, fost il-qaddisin tas-sema li hemm jidħlu għalina, flimkien ma' l-Appostlu Missierna San Pawl, issa hemm ukoll Milena.
Grazzi, Milena taż-żmien qasir, imma sabiħ li int għamilt magħna. Grazzi ta dik it-tbissima li dejjem kellek fuq fommok u żgur li issa dik it-tbissima hija sabiħa aktar minn qatt qabel, għax qed tibissem lil Mulej Ġesu'. Grazzi ta' dik il-ħarsa sabiħa tiegħek, ħarsa li ssa hija fil-qofol tas-sbuħija tagħha għax qed tara lil Ġesu' li int tant tħobb.
Mulej Ġesu', aħna, għalkemm xi ftit kontra qalbna, noffrulek ir-Ruħ safja u innoċenti ta' Milena, biex tagħti glorja lilek flimkien mal-qaddisin tiegħek. Noffrulek lil dan l-Anġlu biex issa jkun hemm aktar min jiftakar fina, fit-tfal tagħna, fil-ġenituri u fl-anzjani tagħna.
Milena, kun l-anġlu tar-Raħal tagħna!!!