Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza tal-Knisja Tel.: 21553764 Mob.: 79210180 Dar Parrokkjali: 21564563 Fax: 27564563
Centru Parrokkjali: 21560845 Email: munxarparish@gmail.com

Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju 2009
L-Erbgħa, 27 ta’ Mejju 2009
It-Tlieta, 26 ta’ Mejju 2009
Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2009
Ħsieb Pawlin
It-Tlieta, 19 ta’ Mejju 2009
Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2009
L-Erbgħa, 13 ta’ Mejju 2009
Is-Sibt, 9 ta’ Mejju 2009
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Il-Ħadd, 3 ta’ Mejju 2009
San Pawl - Id-Dehra Politika tal-Kristjaneżmu
Taħdita Pubblika mill-Prof. Giovanni De Menna
organizzata mill-Iskola Politika Fortunato Mizzi
fl-okkażżjoni tas-Sena Pawlina 2008 / 2009
Is-Sibt 2 ta’ Mejju, 2009
Monasteru ta’ S.Wistin – Victoria, Għawdex

It-Tnissil:
Sawl ta’ Tarsu. Dan kien il-veru ismu. Imbagħad ġie Saulos fil-Grieg. Paulus fil-Latin, minħabba l-gebbieda ta’ missieru li kien Ruman. Twieled fir-reġjun taċ-Ċiliċja imma għex l-aktar fil-belt ta’ Tarsu, fejn il-familja tiegħu, Galilin, marret toqgħod. Kienet familja tat-tajjeb u kellhom xogħol li jħalli l-qliegħ. Kien imsejjes fuq in-nisġa tat-tined tax-xoqqa, fejn kien ikollhom ordnijiet kbar mill-armata Rumana, biex b’riħet hekk kisbet iċ-ċittadinanza Rumana u aktar ‘il quddiem privileġġi oħra.
It-tined li kienu jaħdmu kienet il-kawża ewlinija li l-familja ta’ Sawl kienet għanja u dan minħabba l-ordnijiet kbar min-naħa ta’ l-eżerċitu Ruman, li kien ukoll ordna mudell ġdid li kien ġie mfassal minn missier Sawl, imsejjah “Farfalla” jiġigieri “Farfett”, jew aħjar tinda mżerżqa għal darbtejn, kif imbagħad bdew isiru t-tined militari, u kif fil-fatt għadhom jinħadmu sal-lum.
Li wieħed jagħmel xogħol lill-armata Rumana kien ifisser li dan jikseb privileġġi kbar mill-Imperu, imma dan kien ifisser ukoll illi n-nies li kienu taħt it-takkuna tal-ħakkiema, kienu jħarsu lejh bl-ikrah, speċjalment il-Lhud, (li qatt ma ħamlu l-ħakma Rumana), kif verament kienet il-familja ta’ Sawl min-naħa ta’ ommu, li kienu Fariżej mir-razza ta’ Benjamin.
Sawl, li minn issa ‘l quddiem nibdew insejħulu PAWLU, għex f’ambjent edukattiv doppju. Wieħed kien dak politiku u kulturali (tagħlim Grieg u Ruman); l-ieħor kien Lhudi li tgħallem minn ġuf ommu, jiġifieri dak reliġjuż. Allura il-familja ta’ Sawl kienet, min-naħa ta’ ommu, ta’ nisel Lhudi, mir-razza ta’ Benjamin, jiġifieri Fariżej. Min-naħa tal-missier kienet ta’ nisel Ruman, għax missieru kien General fl-armata ta’ Ruma, fejn, wara li żżewweġ lill-omm Pawlu kabbar ix-xogħol tal-familja billi jinseġ it-tined lir-Rumani bi strutturi ġodda l-aktar dawk li kellu l-hila jibni mill-ġlud tad-dniefel, għall-uffiċjali Rumani. Dawn ma kinux jiġu minfuda minn elementi tan-natura.
Il-formazzjoni reliġjuża u kulturali taż-żagħżugħ Pawlu kienet dejjem tispikka f’ żewġ uċuh – dak ta’ nisel Lhudi u dak ta’ nisel Ruman. U dawn dejjem poġġiehom quddiem għajnejh biex jitgħallem id-dinja x’ toffri u x’ tagħti, sew mill-aspett reliġjuż kif ukoll dak mill-aspett kulturali.
Ejjew nibdew mill-isem Lhudi Saul jew Saulo li kien bħal tal-ewwel sultan tal-Lhud u mill-ewwel isem Ruman Paulus, li wiret mingħand missieru (illi fil-Latin tfisser “żgħir”) li jixbah fil-leħen lin-nom Lhudi.
Pawlu, il-missier, skond id-deskrizzjoni tal-“Atti Apokrifi ta’ Pawlu u Tekla”, kien bniedem ingalbat u sabiħ bħal ħaddieħor. Ommu kienet mara ħelwa, intelliġenti u ta’ skola. Mill-banda l-oħra, Pawlu twieled raċitiku (rtuba fil-għadam u tagħwiġ tar-riġlejn) u l-aktar diskrizzjoni komuni li għandna dwaru hija li kien “bniedem qargħi b’ riġlejn mgħawġa, ix-xagħar ta’ fuq għajnejh magħquda u b’ imnieħer tawwali”, aktarx li kien ibati mill-epilessija (marda tan-nervi) kif insibu fl-Atti ta’ l-Appostli. Huwa kien ta’ intelliġenza kbira u ta’ dehen ta’ l-għaġeb, tant u hekk li ta’ sittax-il sena kien jitkellem erba’ ilsna: Aramajk, Lhudi, Latin u Grieg. Ġie mħejji minn missieru għal ħajja politika u ċivili biex ikun uffiċjal Ruman ta’ stoffa, waqt li ommu kienet fuqu b’seba’ għajnejn dwar id-dmirijiet reliġjużi u kulturali.
Billi missieru ma setax iħajru għal karriera militari minħabba d-difetti fiżiċi li diġa’ semmejna, imma konxju ta’ l-intelliġenza u l-kultura ta’ ibnu, fl-eta ta’ tmintax il-sena, żmien l-aktar opportun li jiġi msejjah għal-lieva, irnexxielu jdaħħlu fis-‘Seċreta Imperii’ fejn il-belt ta’ Petra għandha s-sede Imperjali tagħha. Aktar ‘il quddiem, dan it-taħriġ li ħa hawnhekk kien ta’ ħtiega kbira għalih, sew fil-persekuzzjoni ta’ l-ewwel kommunitajiet Insara, kif ukoll biex jifhem l-universalita’ fil-ħsieb ta’ Ġesù, li wara ġie msejjah minnu, Kristu. Barra minn dan kellu l-ħila li jkun jaf x’ għandu jagħmel meta jiġi wiċċ imb wiċċ mal-burokrazija amministrattiva ta’ l-Imperu.
Ta’ ħmistax-il sena, ommu, bħala regola, bdiet biex minn Fariżew tajjeb, tħarrġu fid-duttrina riġida tal-Lhud, izda wkoll fil-kulturi reliġjużi u pagani ta’ żmienu u l-lok li minnhom ġew imnissla. Bagħtitu Ġerusalemm fl-Iskola tat-tempju biex jitgħallem mil-lezzjonijiet tar-Rabbi famuż, Gamaljel, li kien għalliem ta’ Ġesù wkoll.
Dawn iż-żewġ ideoloġiji f’moħħ Pawlu ser ikunu l-bażi tal-qafas fil-filosofija politiċo-reliġjuża, għaliex minn banda hemm it-tagħlim tat-testi sagri tat-Testment il-Qadim u mill-banda l-oħra hemm in-nisġa politika u dik ġudizjarja u militari li huma l-bażi li fuqhom jistrieħ l-Imperu.
Dawn iż-żewġ toroq li bis-saħħa ta’ Pawlu jitbewsu u jsiru mogħdija waħda ser jagħtu bidu u tnissil għal mogħdija xejn ħafifa magħrufa bl-isem Grieg ta’ “Katholikos”, li hu l-kattoliċeżmu jew aħjar l-universalita’ tal-Knisja Kristjana.
Tarsu:
Tarsu kienet belt għanja u reġjun fiċ-Ċiliċja. Kienet imsemmija għas-setgħa li kellha biex tnaddaf u tfejjaq. Minn hawn ġej l-isem ta’ ‘belt li ssaffi’. Kienet fuq ir-riħ ta’ fomm ix-xmara Ċidno, li kien xatt jew mogħdija tal-art għanja ta’ l-Anatolja. Fiż-żmien li meta l-Greċja kienet taħt idejn Alessandru l-Kbir, ġiet imsemmija Antijokja ta’ Ċidno. Kienet il-qalb ta’ ħafna riti u twemmin “Pagan” bħal dak ta’ Taurobilia għal dak ta’ Ċriobolia, għal dak ta’ Arnabolia, għat-tisfija ta’ trabi morda, fejn kienu jispiċċaw għall-aħħar riti mibnija fuq il-kult hekk imsejjaħ “Alla Mara U Omm” (Dea Madre).
Din id-‘dinja’ reliġjuża tagħti sehem mhux żgħir għall-binja kulturali u reliġjuża ta’ Pawlu li jagħraf jagħżel il-ħafna tiġdid marbut mal-filosofija ġdida li issa qed tiġi mxandra minn Joshua ben Joseph, imsejjaħ Ġesù’ il-Galilew. L-għarfien ta’ dawn ir-riti pagani ġiegħlu ‘l Pawlu li jagħmel il-Kristjaneżmu kollu kemm hu spiritwali billi jwarrab kull ritwalita’ marbuta ma’ ħruq ta’ bhejjem kif wkoll iċ-ċirkonċizjoni, magħrufa sew mal-Lhud u mħaddma minn ġnus differenti ta’ dak iż-żmien.
Il-filosofija Nisranija għal Pawlu saret tfisser messaġġ ta’ mħabba, bħal dik li xandar Ġesù. Mhux wieħed ta’ niket jew ħlas ta’ għemilek, imma ta’ twelid spiritwali mill-ġdid.
Stiefnu:
Naqraw fl-Atti ta’ l-Appostli: “Kien hemm (fix-xirka ta’ l-ewwel segwaċi ta’Ġesù) ġuvni f’saħħtu u ingalbat, li kien jismu Stiefnu, imma fl-istess ħin kien spiritwali għall-aħħar, tant li kellu l-ħila jwettaq mirakli u jagħmel għeġubijiet tas-sema”. Kien bniedem ta’ skola, Lhudi mnissel mill-Greċja u kellu l-ħila jitkellem tajjeb bil-Grieg u bl-Aramajk. Kien predikatur mill- aqwa, imma fit-Tempju ma kinux jaħmluh, fosthom l-Insara Ortodossi, minħabba li dawk li kienu jimxu warajh kienu akbar fil-għadd.
Ġie mixli quddiem is-Sinedrija li kiser il-liġijiet ta’ Mose u ġie mitfugħ il-ħabs. Ġie pproċessat quddiem il-Kbir Saċerdot, u f’ kemm ili ngħidlek, ġie kkundannat għall-mewt bit-tħaġġir. Għal dan il-proċess kien hemm ukoll Pawlu bħala lettur u biex iniżżel il-minuti tal-proċess.
Billi kien il-Ġimgħa, u s-Sibt kien magħdud bħala jum Qaddis, l-esekuzzjoni tħaliet għal darb’oħra. Aktarx li billi Stiefnu kien jagħmel sehem mix-xirka ta’ l-Insara, kienet ix-xewqa ta’ Pawlu li jinterrogah skond il-funzjonijiet Rumani tas-“Seċreti Imperii”. Barra minn dan, hekk kienet id-drawwa li jsir ma’ kulmin kien ta’ theddid għall-ordni pubblika. Barra minn dan, dak iż-żmien, il-Gvernatur lanqas kien hemm, għax Ponzu Pilatu kien għadu kif ġie msejjah Ruma biex jgħarrafhom dwar xi repressjoni mdemma li kien hemm dak iż-żmien bil-barka tiegħu.
Il-laqgħa jew aħjar l-interrogatorju li sar lil Stiefnu minn Pawlu ser idawwal mhux ftit lil Pawlu għax dan seta’ jfissirlu bl-akbar reqqa l-ħajja u l-opra ta’ Ġesù, u jagħtih dak it-tagħrif fuq Ġesù li Pawlu kien għadu sajjem dwaru. B’hekk seta’ jifhem minn fuq s’isfel it-tagħlim tal-Galilew, illi għall-ewwel kien iqisu bħala tagħlim ta’ disprezz lis-soċjeta’.
It-tagħrif li kellu Stiefnu fuq Ġesù ser ikun il-kawża li Pawlu jkun mgħarraf ahjar dwaru, u billi kien bniedem sensibbli u intelliġenti il-konoxxenza li kellu tar-reliġjonijiet, ma kenitx ixxekklu biex jifhem dan il-messaġġ ġdid, li kien universali u revoluzzjonarju u li ġie mwassal minn Ġesù’ il-Galilew.
Huwa minnu, tabilħaqq, illi Stiefnu kien l-ewwel martri tal-Kristjaneżmu, imma wkoll dak li evanġelizza lil Pawlu biex b’hekk jagħti l-possibilta’ lit-tagħlim Nisrani biex jinfirex. Mhux ta’ min jinsa illi diġa fi żmien Stiefnu l-Kristjanezmu kien beda jixxaqqaq b’ideat li xejn ma jixbhu ‘l xulxin. Żewġ ideat partikolari kienu dawk ‘Elleenistiċi’ li tagħhom Stiefnu kien sostenitur, u l-oħrajn kienu dawk ta’ “Ġudeiżmu-Kristjan” li magħhom il-Lhud konvertiti tal-Ġudea kienu mxierka.
Damasku:
It-Tradizzjoni tgħidilna li meta sab ruhu f’Damasku, Pawlu ġie mnebbah u ħaddan ir-reliġjon Nisranija. Normalment il-bidu ta’ dan ix-xogħol ġdid għal Pawlu, kien propju l-viżita li Pawlu għamel f’Damasku, li bħal tant oħrajn, saret biex isib kull mezz kif jixli l-komunitajiet Insara li kienu jgħammru hemmhekk. Imma fil-fatt fit-triq ta’ Damasku wasal għal għarfien sħiħ ta’ bniedem li beda jifhem il-kobor tal-Kelma ta’ Ġesù Kristu.
Minn mindu kien għamel dak l-interrogatorju lil Stiefnu, Pawlu kellu ħin biżżejjed biex iħammem fuq is-siwi tal-ħajja u fuq il-messaġġ tax-xandir li kien jagħmel Ġesù. U allura rawwam fih dehra sħiħa, l-ewwel ta’ dan il-moviment filosofiku u reliġjuż, u mbagħad tal-Kristjaneżimu propju, li kienet duttrina għanja fl-ispiritwalita u li kienet tgħolli ‘l fuq l-valuri l-aktar għeżież tal-bniedem, bħalma huma l-imħabba tal-proxxmu, ir-rispett lejn l-ideat ta’ ħaddieħor u l-ħbiberija lejn kull poplu.
It-tagħlim kif imxandar minn Ġesù deher mhux biss rivoluzjonarju iżda wkoll universali skond l-fehma kulturali u politika ta’ Pawlu. Dan it-tagħlim kien maħsub li jkun is-sies ġdid għall-umanita’ imġedda, ħadd m’ hu agħar minn ħadd, mingħajr abbużi minn min hu fis-setgħa, mingħajr ħakkiema u mingħajr imjassra. Din kellha tkun armonija ġdida, imsejsa pero, fuq regoli eżatti, uħud minnhom iebsa (‘il quddiem dogma) illi sew skond l-ispirtu tat-Testment il-Qadim, kif ukoll skond dak Ruman ta’ l-Ordine, ikunu jistgħu jissarfu bħala pern għal ordni ġdid, mhux aktar ratifikat mill-bniedem iżda minn Alla.
Dan il-vjaġġ ta’ riflessjoni ma jibdiex minn quddiem il-bieb ta’ Damasku, iżda jispiċċa hemm, u b’ hekk jagħti bidu għas-sejħa ta’ Ġesù Kristu, ta’ bniedem illi issa fehem kompletament il-messaġġ tiegħu u fuq kollox huwa seta’ jwasslu li oħrajn b’ xandir ċar u li jserraħ il-moħħ u b’ dawk il-mezzi ġusti li tħaddan din id-duttrina kif ukoll fil-ħila li kellu biex jikkonvinċi lis-semmiegħa.
U allura Pawlu ser ikun l-ewwel Appostlu tat-tagħlim ta’ Ġesù. Pawlu, illi għalkemm qatt ma raħ, kellu l-ħila jiġbor kompletament kliemu u jgħaddih lil kulħadd, sew Lhud kemm pagani, skond ix-xewqa tal-Messija.
Ġerusalemm:
Ġerusalemm kienet belt kosmopolita, kollha taħwid, ċentru ekonomiku u politiku, sew għal-Lhud kif ukoll għar-Rumani. F’ħajja bħal din tintiseġ il-ħajja ta’ Pawlu, li kien Lhudi/Ruman. Minn banda kien segwaċi qawwi tat-tagħlim tal-Fariżej. Mill-banda l-oħra kien iħares b’ reqqa l-liġijiet paramilitari Rumani. Dawn iż-żewġ ideoloġiji, tant bogħod waħda mill-oħra, kienu l-kawża li lil Pawlu firxulu s-sodda biex ikun jista’ jaħqar lill-miġegħma Nisranija, għadha qed titwieled, li ma kienet xejn milqugħa mill-Ġudaiżmu, minħabba t-twemmin ġdid li kien qed jiġi mxandar minn Ġesù. Dan l-istess tagħlim għal-Lhud kien dagħwa u allura kontra t-twemmin tagħhom, filwaqt li għar-Rumani kien jidher li qed idgħajjef il-liġijiet tar-Repubblika, li kienu s-sies ta’ l-istat Ruman, u allura kien għalihom periklu politiku.
Fis-sena 49 wara Kristu f’Ġerusalemm iltaqa’ dak li ġie msejjaħ bħala l-ewwel Konċilju Ekumeniku tal-Knisja (miġegħma) Nisranija. Hawn Pawlu impona l-mod tiegħu ta’ kif għandu jiġi mfisser il-Kristjaneżmu, u dan għax kellu kultura kbira f’ diversi oqsma, speċjalment f’dik Griega.
F’din il-laqgħa Pawlu jibqa’ jsus u jemmen sħiħ f’dawk l-ideoloġiji li Stiefnu saħaq fuqhom qabel u li kien iqishom bħala tiegħu skond il-viżjoni globali tal-Kristjaneżmu. Huwa jfassal l-idea tal-“Qawmien mill-Imwiet” illi issa ser ikollha importanza tremenda fuq l-evanġelizzazzjoni tal-pagani u ta’ l-istess Lhud. L-idea ta’ “Kristu” jew aħjar id-dlik biż-żjut jew il-predestinazzjoni biex jagħtu aktar saħħa lill-Iskrittura Mqaddsa u fl-aħħar lid-“Dogma”, ser ikun wieħed mill-aqwa strumenti tal-fidi li jkollu sehem importanti biex joħloq għaqda fit-twemmin fuq il-ħolqien ta’ dawk il-Knejjes li ‘l quddiem tferrxu ma’ l-Imperu kollu. Barra minn dan, l-idea ta’ dogma serjra tkun fil-qalba tal-Konċilju ta’ Niċea msejjaħ minn Kostantinu biex jilqa’ għall-ereżiji.
Il-Vjaġġi:
Il-vjaġġi kanoniċi kienu minn dejjem meqjusa bħal erbgħa, imma fil-fatt, bħalma huma l-Vanġeli, tlieta huma s-sinottiċi, u wieħed hu għalih. Fil-fatt l-ewwel tlieta huma strettament vjaġġi ta’ evanġelizzazzjoni u ta’ organizzazzjoni tal-Ġemgħat Insara li kienu mxerrda ma’ l-Imperu u li wieħed jista’ jqishom ta’ l-istess siwi dottrinali u formattiv. Ir-raba’ wieħed, mill-banda l-oħra, itemm il-ħidma ta’ Pawlu – ħidma li ħadet fit-tul; ħidma bla serħan; ħidma importantissima u ħidma mimlija entużjażmu. Din il-ħidma ser twassal lil Pawlu, li issa huwa bniedem għajjien, bniedem xiħ, bniedem imġarrab, biex itemm din il-mixja tiegħu ta’ evanġelizazzjoni u jifhem, ta’ bniedem għaref li kien, li dan sejjer ikun l-aħħar vjaġġ tiegħu. Ir-raba’ vjaġġ ser juri mill-ewwel li dan ser ikun vjaġġ ta’ ħafna inkwiet u xejn ma jista’ jbassar għajr għawġ. F’ dan il-vjaġġ Pawlu kien priġunier, allovalja kien akkumpanjat mill-ħabib leali tiegħu Luqa, u l-kundizzjonijiet tal-baħar, hekk kif ħallew Kreta, tibqa’ suġġetta għal ħniena tal-baħar. Iltaqgħu wkoll ma’ tempesta qalila qatigħ (li kienet tassew kobba mħabbla biex tkunlu ta’ prova għall-ħiliet tiegħu karismatiċi), u fl-aħħar l-għarqa li seħħet f’Malta (il-gzira qaddisa mill-ġnus qodma tal-Mediterran), imma, fejn bla ħsieb ta’ xejn wettaq diversi għeġubijiet, fosthom il-konverżjoni tal-Gvernatur Publiju, it-tieni gvernatur Ruman fil-ħajja tiegħu evanġelika.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet kollha u l-waqfa bla ħsieb fil-gżira ta’ Malta kienu l-kawża biex Pawlu jiġbor l-aħħar ħidmiet tiegħu biex itemm il-kunċett tal-Kattoliċiżmu Kristjan. Il-waqfa tiegħu f’ Malta issa ser tkun bħala bażi għalih fl-aħħar snin ta’ ħajtu, iżda wkoll ser isservih bħala pjan fl-organizzazzjoni tal-Knisja (Eċċlesia), mhux biss bħala qafas reliġjuż imma politiku wkoll li fis-sens Grieg kienet tfisser il-“Polis” jew aħjar l-armonija u l-ftehim bejn entitajiet varji, jiġifieri dawk spiritwali u dawk politiċi.
L-Ittri:
Għajn oħra ta’ l-akbar importanza, waqt li qed niflu l-ħidma ta’ Pawlu, ma jistgħux ma jkunux l-ITTRI tiegħu, li ser ikunu n-nixxiegħa ewlenija ta’ dan it-twemmin ġdid. Hija attivita’ ta’ preġju kulturali kbir kif wkoll politiku, illi bis-saħħa tiegħu Pawlu organizza l-ġemgħat Insara, sawwab fihom il-fidi u saħħaħhom skond il-kanoni ta’ l-amministrazzjoni politika fl-artijiet maħkuma kif imħaddma mir-Rumani, jiġifieri b’Isqof (Gvernatur) u bi Presbiteri (anzjani/senaturi). Dak li jagħti fil-għajn f’dawn l-Ittri hija l-għażla ta’ l-ilsien. Dan kien il Grieg, li f’ dak iż-żmien kien l-ilsien ta’ l-għorrief, u allura iħajjar aktar lil dak li jkun li jaqra biex jara x’ hemm miktub f’ dawn l-Ittri. San Pawl seta’ juża ilsna differenti minn dawk li kien mħarreġ fihom skond il-ġens li kien imxierek fil-Knisja l-Ġdida, bħal ngħidu aħna l-Aramajk għall-Għarab, il-Latin għar-Rumani, jew l-Ebrajk għan-nies tal-Ġudea, imma hu għażel il-Grieg li kien l-ilsien nobbli tal-Kristjaneżimu. L-Ittri kanoniċi huma erbatax, imma dawk li jidhru taħt ismu huma sebgħa biss. Fost is-sebgħa l-oħra, tlieta huma meqjusa għall-ħbieb għeżież li kellu, bħal ngħidu aħna, iċ-Ċiprijott Barnaba u Timotju.
Dawn l-Ittri ġew miktuba lil dawn il-komunitajiet: lir-Rumani, lill-Korintin, lill-Galatin, lill-Efesin, lill-Filippin, lill-Kolossin, lit-Tessalonkin u fl-aħħar lill-ħbieb tiegħu tal-qalb, li kienu: Timotju, Titu u Filemon. Ittra li żgur mhix miktuba minnu hija dik lill-Lhud li kienu għadhom kemm ħaddnu it-twemmin ġdid. Għal Pawlu l-pinna kienet dak l-istrument l-aktar xieraq u siewi, kien dak l-istrument li l-aktar kien jaqbel għall-hila tiegħu kulturali, ta’ twemmin, organizzata u evanġelika, sakemm is-saltniet tad-dinja kienu jżommu bis-saħħa tax-xabla filwaqt li s-saltna ta’ Alla fuq il-kitba (il-kitba qaddisa ta’ Pawlu), is-saltna ta’ Ruħ il-Qodos.
Il-ħidma ta’ xandir il-Kelma kellha aktar siwi u importanza tabilħaqq akbar għax l-Ittri ta’ Pawlu kienu dokument li la seta’ jiġi miċħud u lanqas jiġi miftiehem ħażin; kienu liġijiet miktuba għal komunitajiet ġodda li fuqhom wieħed seta’ jimxi fi triq komuni ta’ twemmin u b’hekk jiskansa interpretazzjonijiet zbaljati tat-tagħlim Nisrani, kif wkoll il-prinċipju għażiż li kellu Pawlu dwar il-Kattoliċiżmu, jew aħjar l-universalita’ tal-filosofija Kristjana. Kien bis-saħħa ta’ l-Ittri tiegħu flimkien mal-vjaġġi li għamel illi Pawlu rnexxielu jsejjes il-“Poleis” Nisranija fl-Imperu Ruman. Bis-saħħa tagħhom, id-dehra politika tal-Kristjaneżimu, tilħaq il-milja tagħha b’dawn iż-żewġ għemejjel ewlenin ta’ Pawlu.
Kostantinu:
L-Imperatur Kostantinu għandu il-mertu storiku li għamel ir-reliġjon Nisranija, ir-reliġjon ta’ l-Istat u li firixha ma’ kullimkien bis-saħħa ta’ għażliet politiċi varji, bħalma huma l-Editt ta’ Milan tas-sena 313, u l-aktar bis-saħħa tal-Konċilju ta’ Niċea tas-sena 325, fejn bis-saħħa tiegħu din il-ġrajja kienet il-bidu uffiċċjali tal-Kattoliċiżmu.
Huwa minnu illi l-għamil ta’ Kostantinu kien tabilħaqq ta’ mertu, iżda ma rridux ninsew il-waqt ta’ din il-ġrajja partikolari għall-Imperu, u fuq kollox il-preżenza setgħana ta’ ommu, Elena (Santa Elena), illi bħala mara Nisranija tabilħaqq, kellha sehem kbir fuq in-nisġa politika u reliġjuża ta’ binha, nistgħu ngħidu bħalma kien Pawlu, bid-differenza illi Kostantinu kien aktar mitfugħ fuq il-militar u anqas edukat.
Il-Konċilju ta’ Niċea ħaddan dak li hemm imniżżel fil-Vanġeli Kanoniċi u fid-Dogmi, is-sies tal-Knisja Nisranija, barra li kien oppost għal ereżiji varji li kienu mxerrda mad-dinja ta’ dak iż-żmien. U allura mexa id f’id mat-tagħlim li jaf il-bidu tiegħu lil San Pawl, tliet sekli qabel, u allura saħaq fuq l-attwalita’ u fuq il-viżjoni politika tal-Knisja ratifikata bis-saħħa tax-xogħol ta’ Pawlu ta’ Tarsu.
San Benedittu:
L-opra li niseġ Benedittu ta’ Norċia m’hi xejn għajr it-tkomplija tax-xogħol mibdi minn Pawlu, għax fil-fatt huwa organizza l-ewwel komunitajiet monastiċi skond ir-regola tant magħrufa ta’ “Hora et Labora”. Din kienet regola li serviet bħala sies, segwita minn tnejn u ħamsin sotto-regoli biex jgħinu ħalli l-ħajja tal-patri Benedittin tkun imħarsa b’reqqa.
Hekk kif Pawlu bena l-Knisja fuq l-opinjonijiet politiċi tal-ġurnata, hekk ukoll l-Ordni Benedittin bena l-Knisja fuq il-ħtiġijiet li n-nisrani jiltaqa’ magħhom minn jum għal ieħor, u allura għall-ewwel darba bena binjiet fejn isir it-talb, skond il-Kanoni Benedittin. Dan sar b’tali mod illi l-Knejjes kollha kien ikollhom bini bħal xulxin, li kien jingħaraf bla tbatija u li kien jibda mill-abbozz tal-bini Ruman tal-bażilika, illi minn struttura ċivili saret wahda reliġjuża. Dan kien it-twaħħid xieraq bejn il-kultura Rumana ma’ dik Kristjana, li kienet għadha fil-bidu tagħha, skond it-twemmin ta’ Pawlu.
Fl-aħħar ta’ min isemmi illi din l-Opra Politika u Evanġelika ta’ Pawlu, kienet is-sies li fuqu r-Reliġjon Nisranija setgħet tinxtered ma’ l-erbat irjieħ tad-dinja. L-ewwel u qabel kollox kienet tingħaraf bis-saħħa ta’ dak il-kobor spiritwali fil-messaġġ ta’ Ġesù, li kienet magħmula b’ tali mod li ma setgħetx tiddagħjef ħtija ta’ interpretazzjonijiet differenti minn ġnus differenti, jew ta’ kulturi differenti, jew minn reliġjonijiet varji ta’ bosta entitajiet li kienu mxerrda ma’ l-Imperu. Tant hu hekk, illi r-reliġjon Nisranija saret dak l-istrument li jgħaqqad flimkien lill-popli, hekk kif l-Imperu Ruman ta’ l-Oċċident beda jitmermer. Fir-rejalta’ storika r-reliġjon Nisranija saret il-bażi taċ-ċivilta’ Ewropeja u waħda minn dawk ir-reliġjonijiet l-aktar mifruxa mad-dinja.
L-Opra ta’ Pawlu, allura, issa hi marbuta mal-pjan ellenistiku tal-“Poleis” jew aħjar ma’ dik il-firxa komplessa li fiha jingħaqdu flimkien ir-realtajiet varji tal-ħajja, bħalma huma dawk soċjali, kulturali, reliġjużi u dawk organizzattvi ta’ kull territorju li fih insibu tgħix xi komunita umana.
L-abbozz ta’ Pawlu kien dak li jqiegħed ir-reliġjon imxandra minnu qabel l-entitajiet oħra li għadna kemm semmejna.
Dan hu l-messaġġ politiku ta’ Pawlu. Hu messaġġ għal kull min jerfa’ r-responsabiltajiet fit-tmexxija ta’ poplu jew territorju li fih jgħix, fejn għandu d-dmir li jorganizza u jħejji fil-waqt kull għamil li jtejjeb il-ħajja tan-nies li jaqgħu taħtu u fuq kollox li jbassar l-effetti fil-ħin opportun ta’ kull azzjoni mwettqa. Dan għandu jitwettaq skond miżuri sani li għandhom ikunu dejjem imħarsa minn kull ġenerazzjoni ħalli l-armonija fost il-ġnus tkun sħiħa u fil-milja tagħha.
B’ hekk, imbagħad wieħed jasal għall-viżjoni pożittiva tal-politika (Poleis) illi skond il-filosofija Pawlina tfisser it-tmexxija u l-ħarsien ġust ta’ kull ħaġa pubblika, ċivili u reliġjuża.
Ironikament ix-xorti li messet lil Paulus, illi fil-Latin ifisser ‘żgħir’, kif fil-fatt kien fiżikament, kienet li fir-rejalta’ jsir il-“Ġgant” mill-aspett reliġjuż u politiku.
Giovanni De Menna
Monasteru ta’ s.Wistin, Victoria - 2 ta’ Mejju 2009
Taħdita organizzata mill-Iskola Politika Fortunato Mizzi – Għawdex
Maqluba għal Malti bil-kortesija ta’ Frank Mercieca

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju 2009
Subscribe to:
Posts (Atom)